Hemm numru ta’ termini li jintużaw fir-rigward ta’ prodotti ta’ investiment u tfaddil. Huwa importanti li inti tkun familjari ma’ dawn it-termini. Dawn jinkludu:
Term | Description |
Tariffa Amministrattiva Annwali | Tariffa imposta kull sena minn fornitur ta’ pensjoni fuq fond ta’ pensjoni ta’ membru biex tkopri l-ispejjeż assoċjati fl-għoti ta’ dik il-pensjoni. It-tariffa normalment tkun imposta bħala persentaġġ tal-valur totali tal-fond. |
Annwalità | Annwalità tuża l-fond tal-pensjoni ta’ membru biex tforni dħul meta jirtira |
Rata Perċentwali Annwali | Rata perċentwali annwali (RPA) hija r-rata annwali imposta għas-self jew li kienet gwadanjata permezz ta’ investiment, u hija espressa bħala persentaġġ li jirrappreżenta l-prezz tal-fond tas-sena attwali fuq it-terminu tas-self. Dan jinkludi kull miżata jew spiża assoċjata addizzjonali mat-tranżazzjoni iżda ma jiħux inkonsiderazzjoni l-interessi komposti. Din hija r-rata li għandha tiġi kkunsidrata meta jkun qed jiġi mfittex jew użat xi self jew kreditu, u mhux ir-rata ta’ interess. |
L-Aħjar Interessi | Il-fornitur tal-prodott tal-Pensjoni Privata tal-Irtirar awtorizzat mill-MFSA tal-għażla tiegħek għandu l-obbligu li jieħu dawk id-deċiżjonijiet tal-investiment li jkunu fl-aħjar interess għalik. Dan jipprojbixxi lill-fornitur tal-prodott milli jieħu riskji fil-limitu tal-parametri awtorizzati skont il-polza tal-investiment aħseb u ara f’parametri mhux awtorizzati li jistgħu jesponu t-tfaddil tiegħek għal riskju bla bżonn. |
Skema ta’ Pensjoni Bbażata fuq Kuntratt | Skema tal-pensjoni ta’ kontribuzzjoni definita (KD) mixtrija minn individwu, kemm permezz ta’ min iħaddimhom jew individwalment, mingħand il-fornitur tal-pensjoni. Din tappartjeni b’mod sħiħ lill-individwu bil-kuntratt li jkun bejn l-individwu u l-fornitur tal-pensjoni. |
Skema ta’ Kontribuzzjoni Definita (KD) | Skema ta’ pensjoni bbażata fuq fiduċja jew kuntratt li tipprovdi benefiċċji ta’ skema tal-pensjonijiet ibbażati fuq il-kontribuzzjonijiet investiti, ir-redditi minn dak l-inventiment (bi kwalunkwe spejjeż imnaqqsin) u r-rata li biha l-fond tal-pensjoni finali jitħallas annwalment jew jinħareġ b’mod programmat. |
Fond tal-Inadempjenza | Fond jew fondi li jkunu assenjati minn qabel li fihom jiġu investiti l-kontribuzzjonijiet ta’ membru, jekk l-individwu ma jkunx iddeċieda f’liema fondi jkun jixtieq jinvesti l-kontribuzzjonijiet tiegħu. |
Polza tal-Investiment | Dan huwa dokument provdut lilek mill-fornitur tal-prodott tal-Pensjoni tal-Irtirar Privata, li jistipula kif għandu jiġi investit it-tfaddil tiegħek. Il-polza tal-investiment għandha tkun speċifikata b’mod ċar u għandha tinfurmak bir-riskji relatati kollha. |
Somma Sħiħa | Dan huwa pagament singolu li inti tista’ toħroġ mingħajr ebda kundizzjoni fi kwalunkwe ħin. Fil-każ ta’ pensjoni tal-irtirar privata inti tista’ toħroġ somma sħiħa bejn l-età ta’ 50 u 70 sena. Din is-somma tista’ tkun sa massimu ta’ 30% tat-tfaddil tal-pensjoni bl-interessi meta inti toħroġ is-somma. |
L-Iskema tal-Pensjoni Okkupazzjonali | Skema tal-irtirar okkupazzjonali hija skema jew arranġament stabbilit għal, jew minn, min iħaddem għal numru ta’ impjegati jew assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil min iħaddem, flimkien jew separatament, għall-benefiċċju tal-impjegati u li taħtha jsiru pagamenti lill-Membri jew lill-Benefiċarji għall-għan prinċipali li jipprovdu l-Benefiċċji tal-Irtirar. Skema tal-Irtirar Okkupazzjonali tista’ tkun Skema ta’ Benefiċċji Definiti jew Skema ta’ Kontribuzzjonijiet Definiti. |
Mod Prudenti | Dan ifisser li l-fornitur tal-prodott li inti investejt it-tfaddil tiegħek għall-irtirar miegħu għandu jaġixxi bi prudenza, intelliġenza u sigurtà fir-rigward tat-tfaddil tiegħek u d-dħul mill-irtirar. |
Rata tar-Ritorn | Id-dħul li wieħed jirċievi miż-żamma ta’ assi jew portafoll fuq perjodu speċifiku ta’ żmien. |
Is-Superstiti | Din hija l-persuna, jew persuni, li ser tiret l-assi u d-dħul tiegħek hekk kif stabbilit fil-wirt f’każ li inti tiġi nieqes. |
Tnaqqis tat-Taxxa | Fil-kuntest tal-prodott tal-Pensjoni tal-Irtirar Privata t-tnaqqis tat-taxxa huwa l-inċentiv provdut lilek mill-gvern biex iħajrek tidħol għal tali prodott tal-pensjoni. It-tnaqqis tat-taxxa jitnaqqas mill-ammont annwali tat-taxxa għas-sena finanzjarja bażi minn meta inti tkun bdejt il-prodott tal-Pensjoni tal-Irtirar Privata. |