Huwa importanti li tifhem kif taħdem il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali, ħalli tkun tista’ tippjana l-kwalità tal-ħajja li tixtieq li jkollok waqt l-irtirar għalik u għall-familja tiegħek. Jekk ma tkunx taf xi dħul ser ikollok mill-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali, inti tkun qed tirriskja li tissottovaluta d-dħul addizzjonali li trid tfaddal sabiex tkun tista’ tgħix l-irtirar kif tixtieq.
Aktar għandek probabilità li tagħmel tajjeb għad-differenza bejn id-dħul tal-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali u l-kwalità ta’ ħajja mixtieqa sakemm tkun għadek fl-impjieg u jkollok dħul.
Kalkolu żbaljat fl-ippjanar tal-irtirar waqt l-avvenimenti ta’ matul il-ħajja li jwasslu għall-irtirar tiegħek x’aktarx li jaffettwalek il-kwalità tal-ħajtek u tal-familja tiegħek waqt l-irtirar. Ladarba tirtira jista’ jkun tard wisq li ttejjeb id-dħul tal-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali bi dħul ieħor, għax f’dak iż-żmien jista’ jkun li jkollok opportunitajiet limitati biex jasal ikollok tfaddil biżżejjed.
Il-Fehim tal-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali Tiegħek
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (l-Att) jirreferi għal żewġ tipi ta’ impjiegi. Il-kontribuzzjoni tal-Ewwel Klassi (I) tirreferi għall-persuna li tkun impjegata. Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li tħallas taħt din il-klassi hija kif ġej:
- 10% minnek
- 10% minn min iħaddmek
- 10% mill-Istat
Il-kontribuzzjoni li titħallas hija fuq il-paga bażika u limitata għal Dħul Penjonabbli Massimu.
Jekk inti persuna self-employed jew persuna li tħaddem lilek innifsek, inti tħallas il-kontribuzzjoni tat-Tieni Klassi (II). Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li tħallas taħt din il-klassi hija kif ġej:
- 15% minnek
- 5% mill-Istat