Fl-2007 ir-riformi identifikaw li l-istruttura tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali kienet tippermetti li persuna takkumula l-pensjoni tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali wara 30 sena fl-impjieg. Dan irriżulta f’numru ta’ impatti negattivi. Il-parti l-kbira tal-individwi jibqgħu jikkontribwixxu sakemm jilħqu l-età statutorja tal-irtirar. Fi ftit kliem dan ifisser li n-nies li qed jaħdmu sal-età tal-irtirar ma kinux qed jakkumulaw benefiċċji tanġibbli għall-perjodu li ħadmu wara l-perjodu ta’ 30 sena kontribuzzjonijiet.
Ġie konkluż li riflessjoni aktar ġusta u veritiera kellha tistabilixxi l-bażi tal-akkumulu tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali abbażi ta’ karriera ta’ xogħol matul il-ħajja – fissata għal 40 sena. Għar-raġunijiet spjegati aktar kmieni, ir-riformi kienu introdotti gradwalment u mmirati lejn il-gruppi ta’ etajiet differenti biex b’hekk tmewwet l-impatt tal-introduzzjoni tagħhom b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk qrib l-età tal-irtirar. It-tabella t’hawn taħt tippreżenta r-riformi li saru fir-rigward tal-perjodu ta’ akkumulu, introdotti b’riżultat tar-riformi tal-2007.
Tabella: Riformi tal-2007 fil-Perjodu ta’ Akkumulu għall-Kwalifikazzjoni għall-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali Sħiħa