Ħafna nies għandhom it-tendenza li jassoċjaw il-kontribuzzjonijiet imħallsa mal-irtirar biss. Dan mhuwiex il-każ. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, li tħallas fuq id-dħul tiegħek jew fuq il-paga/salarju bażiku, hija skema ta’ assigurazzjoni. L-iskema tipprovdi l-benefiċċji li ġejjin – li huma magħrufa bħala l-benefiċċji tal-kontribuzzjonijiet:
- pensjoni tal-irtirar garantita;
- pensjoni tal-invalidità;
- pensjoni bikrija tas-superstiti;
- pensjoni tas-superstiti;
- benefiċċju tal-qgħad;
- benefiċċju tas-sick leave;
Il-benefiċċji ta’ hawn fuq huma direttament marbuta mal-kontribuzzjonijiet li inti tħallas fuq id-dħul tiegħek jew il-paga/is-salarju bażiku. Jekk, per eżempju, inti tħallas biss kontribuzzjonijiet ta’ 20 sena, meta l-istorja kontributorja biex tirċievi pensjoni sħiħa hija ta’ 40 snin (jekk inti twelidt bejn 1962 u 1968), allura inti se tirċievi benefiċċju kkalkulat fuq bażi ta ‘ prorata.
Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-benefiċċji ta’ hawn fuq issibha hawn.
L-informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet li inti tħallas matul il-perjodu ta’ impjieg tiegħek issibha f’din il-link.