Inizjalment kien jammonta għal 60% tad-dħul medju nazzjonali disponibbli ekwivalenti ta’ dak iż-żmien.
Il-livell minimu nazzjonali garantit tal-pensjoni kien introdott l-ewwel darba fl-2016, għal dawk li twieldu qabel l-1962.
Din il-miżura mhix immirata biss għall-pensjonanti l-ġodda sa mill-2016 iżda immirata wkoll għall-pensjonanti li meta l-pensjoni u l-bonus tal-għoli tal-ħajja tagħhom jingħaddu flimkien, qabel l-2016, jiġu inqas mil-LMNG stabbilit.
Minn dak iż-żmien ’l hawn ġie aġġustat minħabba ż-żidiet fl-għoli tal-ħajja u żidiet addizzjonali fil-pensjonijiet mogħtija mill-gvern f’baġits sussegwenti. Huwa previst li l-LMNG jiġi rivedut perjodikament.
Din il-miżura tiggarantixxi li l-pensjonanti kollha eliġibbli għall-pensjoni minima nazzjonali jiġu miżjuda sal-LMNG.
Il-LMNG jipprovdi li fl-2021 il-pensjoni minima tal-irtirar tas-sigurtà soċjali, flimkien mal-bonus tal-għoli tal-ħajja, imħallsa lil persuna b’medja ta’ kontribuzzjoni sħiħa, ma għandhiex tkun inqas minn €166 fil-ġimgħa fil-każ ta’ pensjonanti intitolati għal rata ta’ miżżewweġ u €162 fil-ġimgħa fil-każ ta’ pensjonanti waħedhom .
Japplikaw ukoll rati oħra, skont il-medja tal-kontribuzzjoni u ssir distinzjoni bejn persuna waħidha u persuna miżżewġa.
Rati ta’ LMNG
Miżżewġin | LMNG | Persuna Waħidha | LMNG |
Medja tal-kontribuzzjoni | ’ewro | Medja tal-kontribuzzjoni | f’ewro |
50-52 | 166.00 | 50-52 | 162.00 |
40-49 | 157.60 | 40-49 | 153.60 |
30-39 | 145.00 | 30-39 | 141.00 |
20-29 | 132.40 | 20-29 | 128.40 |