Lil hinn mil-lista twila ta’ spejjeż marbuta max-xiri ta’ dar il-manutenzjoni tagħha wkoll tinvolvi l-ispejjeż. F’din it-taqsima għandek issib informazzjoni dwar it-tipi ta’ spejjeż essenzjali li trid taħseb għalihom.

Din se tkun waħda mill-akbar spejjeż kontinwi tiegħek. Tkellem mal-bank tiegħek biex il-pagamenti tas-self jitnaqqsu awtomatikament mill-kont tiegħek fuq skeda li taħdem l-aħjar għalik.
Inti trid tkun ċert li l-pagament tas-self fix-xahar ikun tali li tista’ taffordjah u li ma jeħodlokx mid-dħul li jkollok disponibbli u b’hekk issib diffikultà biex tamministra l-baġit tax-xahar u l-pagament tas-self.
Il-kont tad-dawl u l-ilma, il-gass fost oħrajn huma kollha spejjeż li ser ikollok tkopri bħala s-sid tad-dar. U servizzi bħal: cable TV, l-internet u t-telefown ikompli jżidulek l-ispiża.
Jekk tixtri appartament żomm f’moħħok li ser ikollok tħallas l-ispejjeż tal-komun. L-ispejjeż tal-komun jinvolvu:
- manutenzjoni ġenerali tal-bini jew ta’ żoni komuni;
- kontijiet fosthom dawk relatati mad-dawl u l-ilma;
- l-assigurazzjoni;
- servizzi u faċilitajiet addizzjonali bħal: pixxina, ġimm, gwardjan privat jew purtinar.
Iċċekkja jekk parti mill-miżata tal-komun tmurx f’fond ta’ riżerva biex ikunu koperti spejjeż kbar relatati mal-manutenzjoni tal-bini jew tariffi ta’ darba maħsuba għal dawk it-tiswijiet maġġuri li ma kinux mistennija, jiġifieri int ser tintalab tikkontribwixxi għal aktar minn dak li ħsibt. Barra minn hekk kun żgur li tikseb skeda ta’ ħlas tal-komun sabiex tkun infurmat meta ser jiżdiedu dawn il-miżati u kif ser jiżdiedu.
Il-manutenzjoni u t-tiswijiet huma parti min-normalità għas-sidien tad-dar. Sabiex tevita xokk finanzjarju mhux mistenni, huwa importanti li tfaddal għal tiswijiet u spejjeż oħrajn li jinqalgħu bla mistenni. Warrab xi ħaġa tal-flus regolarment biex tħallas għal dawn l-ispejjeż kontinwi.
L-assigurazzjoni fuq id-dar tista’ tgħinek tipproteġi darek u l-kontenut tagħha f’każ ta’ serq, telf jew ħsara fuq barra jew ġewwa tad-dar jew tal-proprjetà. F’każ li jinqala’ xi ħaġa, din tista’ tgħinek ukoll biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali tal-għajxien bħall-ispiża biex toqgħod f’lukanda jew bħall-kiri ta’ dar jekk ma tkunx tista’ toqgħod f’darek temporanjament.