Jekk int imwieled/a fl-1951 jew qabel, int diġà rtirat/a u tirċievi l-pensjoni tas-sigurtà soċjali. Id-dħul tal-pensjoni li tirċievi huwa kkalkulat kif ġej:
Il-medja annwali tal-aħjar 3 snin kalendarji konsekuttivi fl-aħħar 10 snin kalendarji konsekuttivi qabel is-sena tal-irtirar tiegħek, jekk int kont persuna impjegata.
Għall-persuni li jaħdmu għal rashom/li huma self-occupied, ġew ikkunsidrati l-aħħar 10 snin kalendarji konsekuttivi, qabel is-sena tal-irtirar tiegħek.
Biex tikkwalifika għal pensjoni sħiħa kellek tħallas massimu ta’ 50 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kull sena għal massimu ta’ 30 sena.