L-għoli tal-ħajja huwa l-ispiża għaż-żamma ta’ ċertu livell ta’ għajxien.
Il-bidliet fl-għoli tal-ħajja, matul iż-żmien, ta’ spiss jiġu riflessi f’indiċi tal-għoli tal-ħajja. F’Malta, il-kalkoli tal-għoli tal-ħajja, huma bbażati fuq il-prezzijiet ta’ 40 prodott inklużi l-ikel, l-ilma u l-elettriku, il-ħwejjeġ, eċċ., li huma mmoniterjati biex jitqabblu mar-rata tal-inflazzjoni, li jkollha bżonn tiġi aġġustata, mal-ispiża għaż-żamma ta’ ċertu livell ta’ għajxien.
Id-differenzi fil-għoli tal-ħajja bejn postijiet diversi jistgħu jitkejlu wkoll f’termini ta’ rati ta’ parità tal-qawwa tal-akkwist. F’Malta r-rata tal-persentaġġ tal-inflazzjoni żdiedet minn 0.64 f’2016 sa 1.37 f’2017 (NSO).