ĠEMMA tippubblika l-Analiżi tar-Riċerka dwar il-Kampanja kofinanzjata mill-FSE dwar il-Kapaċità Finanzjarja u l-Istudenti tal-Edukazzjoni Terzjarja. Ir-rapport tal-Analiżi tar-Riċerka jidentifika l-punti ewlenin li ġejjin:
- Hemm kunsens ġenerali li l-għanijiet tal-ħajja u l-istil ta’ ħajja kellhom rwol importanti fid-definizzjoni tal-kapaċità finanzjarja.
- Hemm kunsens unanimu li dħul ta’ kull xahar huwa ta’ vantaġġ għall-kapaċità finanzjarja; li sal-punt tiegħu dan jippermetti li ġġemma’ għall-futur, għall-kontinġenza u għar-rikreazzjoni (f’din l-ordni).
- Jidher li l-isfond tal-familja ġie indikat li għandu rwol importanti fil-mod kif wieħed jamministra l-finanzi tiegħu/tagħha, kif qal student wieħed.
- Il-biċċa l-kbira tal-limitazzjonijiet għall-kapaċità finanzjarja huma korrelatati mal-istatus tal-istudent.
- Id-data limitata li l-parteċipanti fil-focus grupp ipprovdew fuq l-irtirar tixhed diżentiment qawwi fid-dawl ta’ dak li kien perċepit bħala projezzjoni fit-tul ħafna.
- Hemm evidenza li tindika li l-ippjanar finanzjarju jiżdied bl-età u jimxi tul iċ-ċiklu tal-ħajja peress li meta wieħed jikber fl-età ċerti affarijiet jiġu f’moħħu fosthom li jagħmel fond ta’ emerġenza.
- L-ippjanar għall-irtirar f’dan il-punt f’ħajjithom huwa assoċjat mal-inabbiltà li jġemmgħu l-flus minħabba d-dħul limitat u l-ispejjeż tagħhom relatati mal-għoli tal-ħajja b’mod ġenerali, il-fatt li għadhom fil-proċess tax-xiri ta’ capital goods, bħax-xiri ta’ karozza u l-ewwel proprjetà tagħhom.
Ir-rapport juri li mill-11-il parteċipant 2 biss qalu li kienu raw il-materjal li ntwera lilhom, bħala reklami fuq karozzi tal-linja u billboards. Rimarki kritiċi inkludew li “Huwa daqsxejn patronizzanti” u li “Il-posters mhumiex xi ħaġa li tiftakar.” Minkejja dan, kien hemm xi tifħir fil-verżjoni Maltija tal-kontenut. Il-parteċipanti indikaw li l-kontenut online fuq YouTube huwa effettiv.
Ir-rapport juri li l-bidliet mill-parteċipazzjoni fil-focus group ta’ qabel il-kampanja jinkludu t-twaqqif ta’ fond ta’ emerġenza u l-bidu ta’ sħubija fi trejdjunjin. Filwaqt li t-twaqqif tal-fond ta’ emerġenza ma kienx espliċitament assoċjat mal-parteċipazzjoni fil-focus grupp fuq il-kampanja ta’ qabel jew l-esponiment għall-kampanja tal-midja, kien hemm dikjarazzjoni espliċita li l-istudent ingħaqad mat-trejdjunjin bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fid-diskussjoni tal-focus group ta’ qabel il-kampanja. Inkella, simili għall-fażi ta’ qabel il-kampanja, fil-fażi ta’ wara l-kampanja, l-istudenti ġeneralment ħarġu bħala aktar mgħarrfa biex jippjanaw bil-quddiem u jonfqu b’attenzjoni, minkejja l-assi finanzjarji limitati.