Il-Gvern introduċa skema li tippermettilek tipposponi l-pagament tat-taxxi indikati hawn taħt – u b’ hekk jipprovdilek aktar likwidità biex timmaniġġja l-cashflow f’dan iż-żmien diffiċli. L-ISKEMA TAGĦLAQ L-ERBGĦA LI ĠEJ – IL-15 T’APRIL, 2020. KUN ŻGUR/A LI TAPPLIKA JEKK TAĦSEB LI GĦANDEK TIBBENEFIKA MINNHA.
Dawn li ġejjin huma d-dettalji tal-iskema:
It-taxxi eliġibbli huma
Taxxa proviżorja, taxxi fuq l-impjegati, pagamenti tal-fond tal-maternità u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)
Perjodu kopert
Taxxi eliġibbli huma dawk dovuti f’Marzu u f’April 2020
Perjodu tal-ħlas
Taxxi eliġibbli (eskluża l-VAT) għandhom jitħallsu f’erba’ pagamenti ndaqs, wieħed kull xahar, f’perjodu ta’ erba’ xhur bejn Mejju u Awwissu 2020. Il-VAT dovuta għandha titħallas f’żewġ pagamenti ndaqs, wieħed ma’ kull VAT return li jmiss wara dan id-differiment.
Benefiċċju
L-ebda mgħax jew penali mhuma se jintalbu fir-rigward ta’ taxxi eliġibbli li jkunu ġew differiti f’termini ta’ din l-iskema.
Benefiċjarji
Il-kumpaniji u l-persuni li jaħdmu għal rashom li jsofru tnaqqis sinifikanti fid-dħul tagħhom bħala riżultat tar-restrizzjonijiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-pandemija tal-Corona virus.
Tnaqqis sinifikanti fid-dħul
Definit bħala waqgħa ta’ madwar 25% jew aktar fil-bejgħ irreġistrat
Esklużi
Kumpaniji u persuni li jaħdmu għal rashom li naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tat-taxxa tagħhom (sottomissjoni ta’ dokumenti/ returns u pagamenti) li kienu dovuti sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Applika
Imla l-formola tal-applikazzjoni online li tinsab fuq il-website tal-Malta Enterprise. Din l-applikazzjoni għandha ssir mhux aktar tard mill-15 t’April 2020.