Il-banek ħarġu numru ta’ miżuri biex itaffu l-istress finanzjarju li l-familji jew in-negozji qed iħabbtu wiċċhom miegħu bħalissa minħabba l-virus Covid-19. It-tim ĠEMMA jissuġġerixxi li inti titkellem mal-bank tiegħek, jew taċċessa l-websajt tiegħu, biex tara x’inhuma dawn il-miżuri u kif tista’ tibbenefika minnhom.
Nirrakkomandaw ukoll li inti taqra l-kontenut fuq il-Covid-19 maħruġ mill-bank tiegħek ta’ spiss, aktar minn darba f’ġimgħa, peress li l-bank jista’ jkun qed jaġġorna l-miżuri li qed jittieħdu minn ħin għall-ieħor.
Għall-faċilità ta’ referenza t-tabella ta’ hawn taħt tagħtik il-links ewlenin: