L-aktar miżura importanti li għandek bżonn tieħu f’dan il-mument hi dik li tara kemm għandek flus kontanti għad-dispożizzjoni bħalissa u l-ħlasijiet essenzjali li għandek bżonn tagħmel.
Kun kliniku/a u stabbilixxi strateġija. Aħna se nippreżentaw 4 punti li għandek tikkunsidra fl-istrateġija tiegħek:
Il-miżuri tal-gvern li jillimita fejn toħroġ fissru li inti probabbilment qed tonfoq inqas – fi ħruġ fosthom fir-ristoranti, petrol, benesseri tiegħek innifsek, infiq f’kafejiet, ikel eċċ., li jistgħu jammontaw ħafna meta meħuda fuq medda ta’ sena. Barra minn hekk, x’aktarx se tonfoq inqas għaliex il-perjodu li trid toqgħod ġewwa jinkludi wkoll l-Għid – li normalment jinvolvi l-infieq tal-flus li tkun batejt għalihom fuq xi vjaġġ lejn Għawdex jew xi vjaġġ qasir barra minn xtutna, ikliet barra, eċċ.
Ikkunsidra dawn il-flus miġmugħa bħala fond tal-emerġenza tiegħek jekk m’għandekx wieħed; u jekk għandek wieħed, altar ma jkun kbir il-fond tal-emerġenza aktar aħjar.
Jekk meta tkun qed tippjana l-istrateġija tal-immaniġġjar ta’ flusek, issib li jista’ jkollok diffikultajiet biex tħallas il-pagament tas-self fuq id-dar jew fuq xi self personali jew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ikkuntattja l-bank jew il-kumpanija immedjatament, qabel ma taqa’ lura fil-pagamenti, jew malajr kemm jista’ jkun xħin tinduna li waqajt lura fil-pagamenti, biex b’hekk dawn ikunu f’pożizzjoni aħjar li jkunu jistgħu jgħinuk.
F’post li diġà tellajna, aħna ġbidnielek l-attenzjoni fuq il-paġna ta’ informazzjoni fuq il-Covid-19 tal-banek l-aktar popolari f’Malta. Il-banek qed jintroduċu miżuri li jappoġġjaw lill-investituri tagħhom matul dawn iż-żminijiet diffiċli. Għalkemm il-miżuri jvarjaw minn bank għal bank, prinċiparjament jiffukaw fuq:
– is-self fuq id-dar, kards, u ħlasijiet tal-overdraft: fosthom moratorju għal numru ta’ xhur fuq il-ħlas tal-kapital u l-imgħax fuq is-self fuq id-dar jew personali – u b’hekk jagħtuk nifs u jippermettilek iżżid ir-riżervi tal-flus tiegħek.
– il-limiti tal-kards: żieda fil-limiti tal-kards biex jippermettulek issaħħaħ ir-riserva tal-flus kontanti tiegħek.
Iċċekkja l-paġna tal-bank rispettiv tiegħek – u jekk ikun possibbli kkomunika magħhom online jew bit-telefon biex tattiva dawk il-miżuri li jgħinuk b’mod immedjat. M’hemmx soluzzjoni waħda għal kulħadd – il-miżura se tkun imfassla skont il-bżonnijiet u s-sitwazzjoni tiegħek. Il-banek jistgħu jżidu miżuri ġodda għalhekk huwa importanti li tiċċekkja din il-paġna kontinwament.
Il-virus Covid-19 ħoloq ħafna inċertezzi: meta se tiġi għan-normal is-sitwazzjoni? X’se jiġri fl-ekonomija meta l-affarijiet ma jiġux għan-normal? Kif se jiġi affettwat ix-xogħol u d-dħul tiegħi?
Issa aktar minn qatt qabel huwa importanti li inti tipprijoritizza l-ispejjeż tiegħek. Evita li tonfoq il-flus bla bżonn u fuq affarijiet li m’għandekx bżonnhom kuljum.
Barra minn hekk, jekk tista’, kun żgur li l-prezzijiet offruti jkunu raġonevoli. Sfortunatament, il-midja rrapportat numru ta ‘ każijiet fejn il-bejjiegħa bl-imnut għollew il-prezzijiet tagħhom biex jagħmlu kemxa flus f’daqqa f’din is-sitwazzjoni diffiċli.
Filwaqt li tfittex li tibbilanċja l-impatt li jista’ jkun hemm fuqek u fuq il-familja tiegħek minn din is-sitwazzjoni fuqek u l-familja tiegħek, trid tagħmel dan fi stat kważi ta’ iżolament soċjali li aħna lkoll għaddejjin minnu biex negħlbu l-Covid-19. Se jkun hemm mumenti fejn inti tista’ tħossok se tippanikja. Ipprova ibqa’ kalm. Meta aħna nippanikjaw jew naġixxu taħt stress dejjem nillimitaw l-għażliet miftuħin għalina. Itlob l-għajnuna – ’il-familja estiża, ’il-ħbieb, lin-network soċjali tiegħek.