F’sitwazzjonijiet bħal din, l-użuraji se jpoġġuk fil-mira tagħhom. Dawn jistgħu jagħmluha ta’ ħbieb u jekk inti żżomm mal-pagament li għandek tagħtihom, jistgħu jibqgħu jaġixxu b’dan il-mod. Iżda r-realtà hija, li anke jekk tħallas il-pagamenti, il-flus missellfa se jiġuk bi prezz għoli ħafna.
Hemm ħafna riskji involuti meta tissellef mingħand użuraj:
- se tħallas ħafna aktar interessi milli kieku ssellift b’mod legali;
- tista’ tkun infastidjat/a jew mhedded/a jekk taqa’ lura fil-pagamenti;
- tista’ tkun ippressat/a biex tissellef aktar flus biex tħallas lura self b’self ieħor, u tispiċċa b’ammonti kbar ta’ dejn li qatt ma tkun tista’ tħallas lura.
ŻOMM F'MOĦĦOK – użuraj jista':
- ma jagħtik xejn bil-miktub, bħal ftehim fuq is-self jew rekords tal-pagamenti ta’ ħlas;
- jirrifjuta li jagħtik informazzjoni, bħar-rata tal-imgħax jew kemm inti għandek tagħtih;
- jieħu bħala garanzija oġġetti mingħandek bħal: passaporti, kards tal-bank jew il-liċenzja tas-sewqan;
- iżidlek id-dejn jew iżidlek tariffi addizzjonali fi kwalunkwe ħin;
- jirrifjuta li jħallik tħallas id-dejn tiegħek;
- jista’ jġib ruħu b’mod disgustanti – jista’ jirrikorri għall-intimidazzjoni, theddid jew vjolenza.
Jekk qed taħseb biex tmur għand użuraj għaliex nieqes/a mill-flus ĠEMMA tissuġġerixxi li:
- tkellem lill-Arċipriet;
- tkellem lill-Caritas;
- tkellem ħabib/a tal-familja ta’ fiduċja;
- titkellem ma’ bank.