Baġit ta’ Emerġenza
Jekk inkwetat/a dwar il-cashflow, agħti kas kif qed tonfoq il-flus u ara xi dħul għandek ġej. Jista’ jkollok bżonn tnaqqas kemm tista’ mix-xiri ta’ affarijiet mhux essenzjali biex tgħaddi fil-ġimgħat li ġejjin. Din mhix xi ħaġa ta’ pjaċir iżda xħin kollox jgħaddi tkun sodisfatt/a.
Tista’ tinqeda b’dan iż-żmien biex taħseb fuq l-ippjanar fit-tul. Uża l-My GEMMA Budget Planner li jista’ jiġi ddawnlowdjat minn: https://mobilefinapp.gov.mt/Gemma/budgetPlanner/
