Is-sena l-oħra, ĠEMMA nediet kampanja ta’ edukazzjoni finanzjarja fit-tul – li se tagħlaq fit-tieni kwart tal-2021. Il-kampanja tal-kapaċità finanzjarja hi immirata lejn il-gruppi li ġejjin tal-popolazzjoni ta’ Malta:
o Persuni fi impjieg bi dħul baxx;
o Persuni qiegħda;
o Membri tal-familja li jaħdmu f’negozji tal-familja iżda li ma jħallsux kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali;
o Persuni b’diżabilità;
o Il-ġenituri waħedhom, persuni separati / divorzjati;
o Żgħażagħ;
o Studenti fl-edukazzjoni postsekondarja;
o Studenti fl-edukazzjoni terzjarja;
o Persuni fl-ewwel impjieg tagħhom;
o Nisa żgħażagħ;
o Adulti żgħażagħ li żżewġu reċentement.
Din hija kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata mill-FSE tal-UE taħt l-Ass Prijoritarju 2: Lejn soċjetà aktar inklużiva. Il-proġett li huwa mmexxi mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal, u Solidarjetà Soċjali jismu “Miżuri ta’ Għarfien, Taħriġ, Komunikazzjoni u Appoġġ b’Sapport għal Grupp Vulnerabbli”.
Qabel it-twettiq ta’ kull kampanja fil-midja, il-kuntrattur huwa obbligat li jwettaq riċerka permezz ta’ focus group sabiex ĠEMMA tifhem aħjar l-għarfien tal-gruppi tal-popolazzjoni li għalih jiġi indirizzat il-messaġġ edukattiv sabiex l-impatt tal-kampanja jkun aktar effettiv. Barra minn hekk, din ir-riċerka ta’ qabel il-kampanja sservi bħala linja bażi għar-riċerka ta’ wara l-kampanja biex tkejjel l-effettività tal-kampanja.
L-ewwel kampanja kienet diretta lejn persuni bi impjieg bi dħul baxx. Ir-rapport jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn. Ir-riċerka tidentifika dan li ġej:
Persuni bi Impjieg bi Dħul Baxx – L-aktar 20 kelma frekwenti
Id-dar u l-istil ta’ ħajja
Il-litteriżmu u l-kapaċità finanzjarja
Kapaċità tal-irtirar
Involviment tal-utent b’kampanji ta’ għarfien
Fir-rigward ta’ Persuni bi Impjieg bi Dħul Baxx, ir-riċerka waslet għall-konklużjonijiet ewlenin li ġejjin – dan il-grupp:
- Esperjenza l-litteriżmu u l-kapaċità fi kwistjonijiet finanzjarji u ta’ rtirar bħala ta’ theddida minħabba xejriet konsumeristi intrusivi u materjalistiċi.
- Juri sensitizzazzjoni għal kultura tradizzjonali kkaratterizzata minn kuxjenza u sostenibbiltà, li għaliha jattribwixxu valur. Dan jinkludi għarfien mhux formali jew għarfien bażiku tal-iskola primarja li għaddewhulhom b’mod orali jew/u minn gruppi primarji, bħall-familja, il-komunitajiet u l-ħbieb l-aktar qrib.
- Juri evidenza li juża kanali aktar kontemporanji ta’ edukazzjoni finanzjarja, bħal kotba ppubblikati reċentement u sorsi ta’ aċċess miftuħ online.