Inti tibda tibni relazzjonijiet mill-mument li titwieled.
Kull relazzjoni tvarja skont ir-relazzjoni li jkollna mal-persuni konċernati. L-adolexxenza ddum diversi snin, minn madwar 11-il sena sa 18-il sena, jew aktar. Din tinvolvi kull tip ta’ bidliet, f’moħħok, fl-emozzjonijiet tiegħek u fil-ġisem tiegħek.
Ilkoll kemm aħna ngħaddu mill-istess fażijiet ta’ żvilupp, u ngħaddu mill-istess stadji importanti tul il-ħajja, filli nkunu studenti, nidħlu f’impjieg, u possibbilment niżżewġu, u filli naslu għall-irtirar.
Dan il-post jikkonċentra l-aktar fuq iż-żwieġ li m’għandux ikun perjodu stressanti affattu.
L-ewwel u qabel kollox, żomm f’moħħok li:
1) Ir-relazzjonijiet trid taħdem għalihom.
2) Li tibni u żżomm relazzjonijiet hija ħila.
3) Trid iż-żmien biex issir taf lilek innifsek.
4) Trid iż-żmien biex issir taf it-tip ta’ relazzjonijiet li tixtieq.
5) Għandek bżonn issir taf is-sentimenti u l-bżonnijiet tal-persuna oħra.
La tkun f’relazzjoni u tkun se tiżżewweġ għandu jkun hemm sens ta’ fiduċja f’xulxin, komunikazzjoni miftuħa, umoriżmu u interessi komuni.
It-tieġ tiegħek huwa wieħed mill-aktar jiem sbieħ ta’ ħajtek u sar avveniment soċjali kbir fejn jiltaqgħu l-ħbieb u l-membri tal-familja. Għal xi wħud, li żżewġu mingħajr ma ppjanaw, jistgħu jaraw it-tieġ bħala spiża għolja u piż. Għaliex? Allura, kun żgur li tonfoq fuq it-tieġ tiegħek dak li verament tista’ taffordja.
• Ipprijoritizza dawk l-aspetti tat-tieġ tiegħek li huma l-aktar importanti għalik. Mur għall-preżentazzjoni tagħna.
• Uża l-kalkulatur tal-baġit tagħna biex torganizza l-prijoritajiet tiegħek u biex tqabbel u tikkalkula l-ispejjeż.
• Ladarba tiddeċiedi l-baġit tiegħek żomm miegħu.