It-teorija ekonomika tradizzjonali tissuġġerixxi li inti:
- tissellef meta tkun għadek żgħir;
- iġġemma’ fil-mezza età;
- tibni ġid finanzjarju u tonfoq it-tfaddil fix-xjuħija.
Dan it-tip ta’ raġunament għadu ‘l bogħod milli jkun razzjonali. L-evidenza, ibbażata fuq riċerka ekonomika dwar l-imġiba, turi li l-biċċa l-kbira tan-nies jipposponu jew jevitaw id-dedikazzjoni jew l-involviment biex jilħqu għanijiet finanzjarji sodi, anke meta jkunu konxji li dan fl-aħħar mill-aħħar huwa fl-aħjar interess tagħhom.