Terminu partikolari relatat mal-karti ta’ kreditu li jħawwad l-imħuħ huwa r-“Rata Perċentwali Annwali” – jew kif huwa magħruf aħjar, l-RPA.

L-għan ta’ dan il-post huwa li jiċċara l-RPA. Karta tal-kreditu tiġi b’rata ta’ imgħax. Dan huwa l-prezz li tħallas għas-self tal-flus.
Meta tixtri xi ħaġa bil-karta ta’ kreditu jew tiġbed xi flus biha, qed tieħu ‘self’. Anki jekk tħallas l-ammont immedjatament, xorta waħda se tiġi ċċarġjat rata tal-imgħax mill-jum li użajt il-karta ta’ kreditu biex tagħmel ix-xirja sakemm tħallas lill-bank.
L-RPA hija espressa bħala rata annwali li kumpaniji ta’ karti ta’ kreditu jużaw biex jikkalkulaw ir-rata tal-imgħax ta’ kull xahar. Minħabba li mhux ix-xhur kollha għandhom l-istess numru ta’ ġranet il-banek ma jikkalkulawx l-RPA attwali fuq 12-il xahar iżda fuq 365 jum.
Importanti li tinnota huwa li aktar ma jkun għoli l-RPA akbar se jkun l-ispiża meta tuża l-karta ta’ kreditu. ĠEMMA tirrakkomanda bil-qawwa li inti tagħmel ċert li tikseb karta bl-inqas RPA possibbli partikolarment jekk taħseb li se tuża l-karta għal ħafna drabi. Jekk qed tfittex li tagħmel karta ta’ kreditu jew il-karta ta’ kreditu tiegħek waslet biex tiskadi fittex li tagħmel kard li għandha l-aktar RPA baxx. Aħna nissuġġerixxu li tuża l-għodda ta’ tqabbil tal-MFSA tal-miżati fuq il-prodott.
L-istampa t’hawn taħt tqabbel karta ta’ kreditu VISA klassika li tiġi pprovduta minn żewġ banek differenti f’Malta. Dan il-paragun jinħoloq bl-użu tal-għodda ta’ tqabbil tal-prodott tal-MFSA. Kif tistgħu taraw it-tabella t’hawn taħt tippreżenta ċifri kemm għar-rata tal-imgħax annwali tipika kif ukoll għall-RPA tipiku impost fuq ix-xiri.
Ta’ spiss fir-reklamar tal-karti tal-kreditu l-banek jenfasizzaw ir-rata tal-imgħax annwali ‘tipika’. Madankollu, kif tistgħu taraw, fir-rigward taż-żewġ banek, l-ispiża tal- RPA tipiku impost fuq ix-xiri huwa ogħla bi 2% mir-rata tal-imgħax annwali tipika. Ir-rata li trid tikkunsidra meta tapplika għal karta ta’ kreditu hija l-RPA.
