Id-deċiżjoni li jkollok tarbija hija waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti li se tieħu f’ħajtek. It-twelid ta’ tarbija jkollu impatt fuq prattikament kull qasam ta’ ħajtek. M’hemmx dubju li t-tarbija ser ikollha impatt fuq il-finanzi tiegħek.
It-Tħejjija għat-Tarbija Tiegħek
Fit-tħejjija għat-tarbija tiegħek hemm ammont sostanzjali ta’ affarijiet li trid tqiegħed flimkien. Ħafna minnhom ser jiswew il-flus. Dawn jinkludu:
- Li torganizza basket għall-ħlas. Dawn jistgħu jinkludu l-formoli tar-reġistrazzjoni tiegħek tal-isptar u l-karta tas-saħħa; papoċċi u kalzetti li jsaħħnu; flokk kbir għal waqt il-ħlas; riċipetto sportiv għall-banju jew id-doċċa; gown; oġġetti tal-kumdità personali (mużika, ġell għall-kura tal-ġilda, balzmu għax-xufftejn, fann tal-idejn); l-imħadda tiegħek stess u l-birth ball; lista ta’ nies li tista’ ċċemplilhom, telefon ċellulari jew muniti għat-telefon bil-flus; u l-kamera tar-ritratti u tal-film (it-tnejn iċċarġjati!).
- Provvisti ta’ wara t-twelid: ħrieqi u ħwejjeġ għat-tarbija, ħwejjeġ komdi biex toqgħod id-dar, maxi-pads u riċipetto biex tredda’.
- Attenzjoni u għajnuna addizzjonali li tista’ tiġi bżonn fl-ewwel jiem li t-tarbija u inti tmorru lura d-dar.
- Ix-xiri ta’ affarijiet essenzjali għat-tarbija tat-twelid, inkluż ħwejjeġ, kutri, tagħmir tal-ikel, l-ikel, ħrieqi, affarijiet tal-banju u għall-irqad.
- Neċessitajiet bħal sodda jew benniena għat-trabi, push-chair, tagħmir għall-ġarr tat-tarbija, siġġu tas-sigurtà apposta tat-trabi għall-karozza, siġġu bir-roti li jintlewa, dawl għal matul il-lejl, ilqugħ għax-xemx fil-karozza, play pen eċċ.
Uħud minn dawn l-affarijiet jeħtieġ li teħodhom miegħek meta tmur l-isptar, oħrajn immedjatament meta tirritorna d-dar mat-tarbija. Oħrajn mhux neċessarjament tiġi bżonnhom mill-ewwel u għandhom ikunu posposti sa meta jkollok bżonnhom jew tkun taf li ser tużahom.
Toqgħodx lura milli taċċetta affarijiet essenzjali għat-trabi milli hawn imsemmija hawn fuq mingħand tal-familja jew il-ħbieb. Jekk tissellef mingħand tal-familja jew il-ħbieb tiffranka ħafna flus. Madanakollu, b’mod edukat tista’ ma taċċettax xi sodda antika, siġġu għoli, siġġu tal-karozza eċċ. li jistgħu ma jissodisfawx l-istandards tas-sikurezza.