- Ibda issa. Tistenniex. Il-ħin huwa kritiku.
- Ibda bil-ftit, jekk ikun hemm bżonn. Tista’ tkun marsus fil-flus, iżda anki ammonti żgħar jistgħu jkunu biżżejjed hekk kif jibdew jakkumulaw u jsiru komposti maż-żmien.
- Hekk kif tirċievi ċ-ċekk tal-paga jew id-debitu dirett tas-salarju warrab il-flus li se ġġemma’ bħala mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar.
- Issettja ordni ta’ ħlas permanenti biex tgħaddi l-flus direttament fil-pensjoni privata personali tiegħek, kont ta’ depożitu fiss eċċ. Dan jgħinek iżżomm id-dixxiplina ladarba dak li ma tarax ma taħsibx fih.
- It-tfaddil tagħmlu abbitudni. Mhux daqshekk diffiċli ladarba tkun iddixxiplinajt lilek innifsek.
- Poġġi l-bonusijiet tal-mertu; il-bonusijiet ta’ Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru; xi dħul li tirċievi ta’ darba eċċ. fil-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar.
- Irrevedi l-pjan tal-infiq kull ftit xhur biex tassigura ruħek li tkun fit-triq it-tajba. Id-dħul u l-ispejjeż ivarjaw maż-żmien.
- Kun realistiku fir-rigward tar-redditi mill-investimenti. Tassumi qatt li redditi għolji ta’ sena jew tnejn ser ikomplu b’mod indefinit. L-istess jgħodd għan-nuqqasijiet fis-swieq.