Din hija t-tielet parti mis-serje ĠEMMA dwar ir-regoli prattiċi li jaġixxu bħala gwida utli u affidabbli, li joffru kors ta’ azzjoni aħjar lill-persuni, meta jiġu biex jiġbdu mill-fond tal-irtirar tagħhom.
Il-post tal-lum jesplora r-regola ta’ 4% inflazzjoni. Din ir-regola hija ttestjata għall-każ ġenerali li ġej: il-persuna hi irtirata; din tibda taċċessa t-tfaddil mill-fond tal-flus tagħha fl-etajiet ta’ 65, 70 u 75 sena; ikollha investiment ibbilanċjat jew konservattiv; u l-fond tal-pensjoni hu stmat li hu ta’ €55,000.
Ir-Regola Prattika tal-4% Inflazzjoni
Din taħdem kif ġej:
- Din tagħtik €2,265 fl-ewwel sena, u dak l-ammont huwa l-istess f’termini reali għas-snin futuri – għalhekk l-ammont nominali jiżdied.
- Bħala persuna irtirata tirċievi l-istess ammont reali kull sena (peress li l-ammont huwa aġġustat għall-inflazzjoni) – iżda t-tul li jdum ivarja l-imgħax tal-investiment li tirċievi.
- Din hija għażla tajba jekk trid li d-dħul tiegħek jikber mal-inflazzjoni u li int tkun biss komdu b’ċans baxx ħafna li tispiċċa bla flus qabel ma tmut.
Vantaġġi u Żvantaġġi tar-Regola Prattika tal-4% tal-Inflazzjoni
L-aktar adattati għal | Il-vantaġġi | L-iżvantaġġi | Wirt |
Nies li jinkwetaw li jispiċċaw bla flus fl-irtirar jew li jixtiequ jħallu wirt. | Fond li x’aktarx idum għal ħajja. Id-dħul se jiżdied bl-inflazzjoni. | Dħul aktar baxx minn għażliet oħra tar-regoli prattiċi. | Il-wirt hu probabbli u l-ammont medju tal- wirt hu ikbar mill-valur tal-bidu. |
Din ir-regola prattika ġiet ittestjata. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat ukoll:
- Id-dħul muri huwa aġġustat għall-inflazzjoni. Din hija r-raġuni għaliex dan l- ammont jiżdied mal-inflazzjoni kull sena. Jekk id-dħul jidher livell minn sena għall-oħra dan ifisser li se jkun hemm aktar euro fil-futur, iżda se jkollu l-istess setgħa ta’ nfiq bħal-lum.
- Peress li r-redditi fuq l-investiment fil-futur huma inċerti, id-dħul li tirċievi huwa inċert. Id-dħul skur huwa dħul li kważi ċertament se tirċevih (probabbiltà ta’ mill-inqas 95% li tirċevih), il-kulur medju huwa dħul addizzjonali li probabbilment tirċievi (mill-inqas probabbiltà ta’ 50% li tirċevih) u l-kulur ħafif huwa l-anqas dħul li tista’ tirċievi (probabbiltà ta’ inqas minn 50% li tirċevih).
- Il-pie-charts ħodor juru l-probabbiltà li tgħix mill-età ta’ 65 sena sal-età murija, li jippermettu esperjenza tipika ta’ mortalità ta’ New Zealand. Din titqabbel mal-istennija tal-għomor ta’ Malta skont: https://www.worldometers.info/demographics/malta-demographics/.
Malta | New Zealand | ||
Maskili | Femminili | Maskili | Femminili |
81.4 | 84.7 | 81.2 | 84.7 |