Din hija r-IV parti mis-serje ĠEMMA dwar ir-regoli prattiċi li jaġixxu bħala gwida utli u affidabbli, li joffru kors ta’ azzjoni aħjar lill-persuni, meta jiġu biex jiġbdu mill-fond tal-irtirar tagħhom.
Ir-regola tal-lum tesplora r-Regola tad-Data Fissa. Din ir-regola tara li tnaqqas biċċa biċċa mill-fond tal-pensjoni tiegħek matul perjodu sa data stabbilita – fejn kull sena tieħu l-valur attwali tat-tfaddil tal-irtirar tiegħek diviż bin-numru ta’ snin li fadal għal dik id-data. Din ir-regola hija ttestjata għall-każ ġenerali li ġej: il-persuna hi irtirata; din tibda taċċessa t-tfaddil mill-fond tal-flus tagħha fl-etajiet ta’ 65, 70 u 75 sena; ikollha investiment ibbilanċjat jew konservattiv; u l-fond tal-pensjoni hu stmat li hu ta’ €55,000.
Dan jaħdem kif ġej:
- Dan jagħtik livell ta’ dħul stabbilit minnek fuq il-bażi ta’ meta tagħżel li l-fond tal-pensjoni tiegħek jiġi eżawrit. Pereżempju, il-fond tal-pensjoni jagħtik €2,832 fl-ewwel sena jekk tiddeċiedi li teżawrixxi l-fond f’20 sena.
- L-ammont li tirċievi kull sena jvarja skont ir-redditu attwali tal-investiment li taqla’ sa dik id-data, iżda t-tul ta’ żmien li tirċievi dħul mill-fond tal-pensjoni tiegħek huwa ffissat.
- Id-dħul annwali li rċevejt huwa l-bqija tal-valur li jifdal mill-fond tal-pensjoni tiegħek kull sena, diviż bin-numru ta’ snin li fadal għad-data li fiha tkun iddeċidejt li l-fond tal-pensjoni tiegħek jiġi eżawrit. Id-dħul annwali għandu jiżdied f’termini reali hekk kif l-investimenti jikbru, iżda jista’ jonqos ukoll.
- Din ir-regola prattika hi adattat għalik biss jekk int komdu b’ammont ta’ dħul inċert u li jvarja kull sena u li int komdu li sserraħ fuq il-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali jew sorsi oħra ta’ dħul li jista’ jkollok wara li tkun eżawrejt il-fond tal-pensjoni tiegħek.
L-aktar adattati għal | Il-vantaġġi | L-iżvantaġġi | Wirt |
Inti komdu li tgħix bil-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali u dħul ieħor wara meta teżawrixxi l-fond tal-pensjoni tiegħek. Trid timmassimizza d-dħul matul il-ħajja, u ma tħabbilx moħħok fuq il-wirt. | Dħul għal perjodu magħżul magħruf. | L-ammont tad-dħul ivarja minn sena għal sena. Kalkolu annwali meħtieġ. | L-inqas ammonti medji ta’ wirt. Probabbiltà għolja ta’ ebda wirt, speċjalment jekk id-data magħżula għall-eżawriment tal-fond tal-pensjoni tiegħek hija l-età ta’ 85 sena jew qabel. |
Din ir-regola prattika ġiet ittestjata. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat ukoll:
- Id-dħul muri huwa aġġustat għall-inflazzjoni. Din hija r-raġuni għaliex dan jagħti ammont li jiżdied mal-inflazzjoni kull sena. Jekk id-dħul jidher livell minn sena għall-oħra dan ifisser li se jkun aktar euro fil-futur, iżda se jkollu l-istess setgħa ta’ nfiq bħal-lum.
- Peress li r-redditi fuq l-investiment fil-futur huma inċerti, id-dħul li tirċievi huwa inċert. Id-dħul skur huwa dħul li kważi ċertament se tirċevih (probabbiltà ta’ mill-inqas 95% li tirċevih), il-kulur medju huwa dħul addizzjonali li probabbilment tirċievi (mill-inqas probabbiltà ta’ 50% li tirċevih) u l-kulur ħafif huwa l-anqas dħul li tista’ tirċievi (probabbiltà ta’ inqas minn 50% li tirċevih).
- Il-pie-charts ħodor juru l-probabbiltà li tgħix mill-età ta’ 65 sena sal-età murija, li jippermettu esperjenza tipika ta’ mortalità ta’ New Zealand. Din titqabbel mal-istennija tal-għomor ta’ Malta skont: https://www.worldometers.info/demographics/malta-demographics/.
Malta | New Zealand | ||
Maskili | Femminili | Maskili | Femminili |
81.4 | 84.7 | 81.2 | 84.7 |