Filwaqt li ĠEMMA b’mod attiv tipparteċipa f’diskussjoni kostruttiva dwar il-kontenut li tippostja, jew dwar dak mibgħut lilha fuq l-indirizz elettroniku tagħha gemma@gov.mt, il-lingwa użata għandha tkun meqjusa, miktuba b’mod edukat u rispettuż.
Kull korrispondenza li hija miktuba b’arroganza, abbużiva, mhux ċivili, bla rispett, skoraġġanti, u li tweġġa’, se titħassar. Min jibgħatha ser jirċievi email minn ĠEMMA li tinfurmah li din il-korrispondenza mhijiex professjonali u hija inaċċettabbli u li ĠEMMA se tieħu azzjoni li tinkludi iżda mhux limitata biss għal:
- ma tikkorrispondix ma’ min bagħat l-email;
- l-indirizz elettroniku ta’ min bagħatha jiġi mneħħi mil-lista ta’ abbonament ta’ ĠEMMA;
- l-indirizz elettroniku ta’ min bagħatha jiġi mpoġġi fuq il-lista s-sewda.
Fil-każ ta’ mġieba ostili jew ta’ fastidju, ĠEMMA tirriżerva d-dritt li tieħu azzjoni legali.
It-tim ĠEMMA jirringrazzjak għall-komprensjoni tiegħek.