Fl-aħħar ġimgħat Malta esperjenzat numru ta ’scams u frodi bbażati fuq l-internet u l-mobile. L-aħħar scam ra scammers jippreżentaw ruħhom b-email jew SMS bħala kumpaniji fejnjinfurmaw persuni li wassal pakkett tal-posta għalihom. Dawn il-persuni f’dal il-mail jew SMS ingħataw struzzjonijiet biex ikklikkjaw fuq link biex jħallsu miżata amministrattiva żgħira biex ikunu jistaw jiġbru dan pakkett.
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fi stqarrija qal li mill-inqas 200 persuna sfaw vittmi ta’ din lis-scam. Il-vittmi kellhom bejn €800 u €1,800 iddebitati mill-kontijiet bankarji tagħhom – u li t-total ta’ frodi laħħaq €100,000 f’ġimgħatejn.
Kemm int verament infurmat tajjeb fuq scams tal-internet jew l-mobile? Ħafna scams isegwu l-istess mudell – jekk tifhem dan il-mudell ikun aktar faċli għalik li tinduna bihom.
X’inhi t-tattika li juża l-iscammer? L-iscammer javviċinak bi storja maħsuba apposta biex iġiegħlek temmnu. L-iscammer jilgħab bl-emozzjonijiet u l-imġiba tiegħek – bħal opportunità biex tagħmel kemxa flus, biex issib sieħeb jew sieħba, jew biex tgħin lil xi ħadd fil-bżonn. L-iscammer dejjem se ippreżenta ruħu bħala uffiċjal tal-gvern jew ta’ xi kumpanija – inklużi kumpaniji li inti familjari magħhom – bħala uffiċjal tal-posta, uffiċjal ta’ xi lotterija, jew xi mara attraenti .L-iscammer juża kwalunkwe wieħed minn dawn it-tattiċi:
Dan għadu l-metodu favorit; irħis u mod tajjeb kif scammer jikkomunika ma’ numru kbir ta’ persuni. | |
Midja soċjali (Facebook, Instagram, eċċ.), websites tad-dating, forums online | Dawn huma pjattaformi li inti tuża jew tibbrawżja b’mod regolari. Bihom tista’ tavviċina persuna u tistabbilixxi kuntatt magħha, u bihom l-iscammer jipprova jkun “friend”. |
Websites tax-xiri online, riklami klassifikati u websites tal-irkant online | Dawn jintużaw mill-iscammers biex jikkuntattjawk. L-ewwel kuntatt ġeneralment isir permezz ta’ websites stabbiliti u fdati jew websites foloz li minn barra jkunu jidhru ġenwini. |
Telefonati | F’ħafna scams differenti t-telefonati mill-iscammers isiru direttament lid-djar u lin-negozji, ibda minn scams b’theddid li jinvolvu t-taxxa għal offerti ta’ premjijiet jew “għajnuna” kontra xi virus fil-kompjuter. |
SMS | Dan normalment jinvolvi li l-iscammer jippromovi oġġetti jew servizzi li finalment jibqgħu mhux ikkonsenjati jew li jkunu ta’ kwalità skarsa. |
L-armi li juża l-iscammer ikunu maħsuba biex iġegħluk tbaxxi l-livell ta’ attenzjoni, tibla’ l-istorja li jgħidlek, u taġixxi b’mod mgħaġġel jew b’mod irraġonevoli u hekk tgħaddi għall-istadju finali – dak li tibgħat il-flus jew tipprovdi informazzjoni personali. L-armi tal-iscammer jinkludu dawn:
- Juża d-dettalji personali tiegħek biex iġiegħlek taħseb li diġà kellek x’taqsam miegħu qabel u hekk l-iscam tidher regolari.
- Ikollu l-karatteristiċi kollha ta’ negozju reali billi juża pamflets attraenti, b’lingwaġġ tekniku li normalment jintuża fl-industrija partikolari, u kollox ippreżentat fuq sfond ta’ ritratti ta’ faċċati ta’ uffiċini, call centres u websites professjonali.
- Joħloq dokumenti foloz li jkunu jixbhu ħafna lil dawk uffiċjali – bħal dokumenti li jidhru li għandhom l-approvazzjoni tal-gvern jew mimlijin b’lingwaġġ legali li jista’ jagħti lill-iscam awra ta’ awtorità.
Trid tkun taf iżjed fuq scams u frodi? ĠEMMA ngħaqdet mal-Fondazzjoni e-Skills Malta erba kotba elettroniki fis-serje Il-Kotba ż-Żgħar is-Suwed dwar Scams u Frodi. Zur din il-ĠEMMA page biex biex tara jew tniżżel is-serje ta-ĠEMMA Il-Kotba ż-Żgħar is-Suwed dwar Scams u Frodi: https://gemma.gov.mt/ebook-download-page/