Is-Serje ta’ Vidjows ta’ ĠEMMA dwar l-Ibbaġitjar – Tipprepara għat-tieġ
Dan huwa s-seba’ filmat li pproduċejna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-sensiela tagħna dwar l-ibbaġitjar.
In-neputija tiegħi, Kylie se tiżżewweġ madwar ħames xhur oħra. Kulma kont qed nisma’ mingħand marti Maria, u binti Angele, hija l-preparazzjonijiet tat-tieġ tan-neputija.
Pa – taf li Kylie kienet qed tgħidilna li se jistiednu 800 ruħ għat-tieġ: huma jridu lil kulħadd hemmhekk u z-ziju Mike jixtieq li sħabu kollha tan-negozju jkunu hemmhekk. Pa – taf fejn se jagħmluh it-tieġ? – se jikru dak il-palazz privat fl-Imdina, verament sabiħ.
Maria, marti, qaltli li Kylie u żewġha ddeċidew li jmorru t-Tajlandja, l-Indja u l-Awstralja għall-qamar il-għasel tagħhom … u li se jdumu xahrejn. L-aħħar darba Maria kienet qed tgħidli li trid li jkollha tliet bands preżenti fit-tieġ – band popolari kontemporanja għaliha u għall-grupp tal-età tagħha, musician popolari tas-70ijiet, li ismu mhux jiġini f’rasi bħalissa, għalina lkoll, u dwett popolari fuq il-vjolin u l-pjanu. L-idea hija li tiżgura li jkun hemm mużika għal kulħadd.
Jien smajt biss u ma tkellemtx. Madankollu ma nistax ma ngħidx lili nnifsi li dan it-tieġ se jiswa ħafna flus – kif se jaffordjawh? Kemm se jdumu biex iħallsu dawk il-kontijiet kollha? Hemm bżonn tmur fuq in-naħa l-oħra tad-dinja biex ikollok qamar il-għasel sabiħ? U hemm bżonn dik il-libsa tat-tieġ u dawk il-brides maids kollha …
Ara dan il-vidjow ta’ ĠEMMA billi tikklikkja fuq din il-link – u tgħallem dwar kif għandek tippjana u tibbaġittja għat-tieġ tiegħek, tisma’ suġġerimenti dwar kif jista’ jkollok it-tieġ tal-ħolm tiegħek billi tagħmel l-affarijiet b’mod differenti u aktar.
Il-vidjow jintroduċik ukoll għall-Kalkulatur tal-Baġit tat-Tieġ ta’ ĠEMMA – li tista’ tniżżel minn din il-link.
Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek. Aħna ħerqana li nisimgħu mingħandek. U aħna f’ĠEMMA nħeġġuk tixxerja din il-link jew il-vidjow jew il-kalkulatur jew kollha kemm huma mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq Facebook.