Il-probabbiltà hija li ma tafx kif jaħdmu s-sistemi tal-pensjonijiet f’dak li jirrigwarda lilek. F’Mejju ta’ din is-sena ĠEMMA wettqet stħarriġ fost il-persuni li twieldu fl-1962 jew wara biex tifhem l-għarfien tagħhom dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet, u għalhekk tifhem il-kapaċità tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet infurmati fir-rigward tal-ippjanar tal-irtirar tagħhom.
L-istampa ġenerali hija li ħafna nies għandhom biss idea vaga ta’ kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet u kif taffettwahom direttament. Probabbilment int wieħed minnhom.
Dan ifisser li hemm numru kbir ta’ persuni li jippjanaw l-irtirar tagħhom b’mod limitat, jekk mhux bl-għarfien ħażin. Jekk tibbaża deċiżjoni daqshekk importanti ta’ kif se tiffinanzja l-kwalità tal-ħajja mixtieqa tiegħek fl-irtirar fuq għarfien jew informazzjoni żbaljata, jista’ jkollha konsegwenzi serji fuq il-kwalità tal-ħajja tiegħek meta tasal biex tirtira. Dan huwa b’mod partikolari hekk, jekk il-pensjoni tal-irtirar tiegħek hija l-uniku sors jew sors ewlieni ta’ dħul matul l-irtirar tiegħek. Dawn huma wħud mis-sejbiet li ħarġu mir-riċerka mwettqa minn ĠEMMA – tar-rispondenti: