Taf kif tipproteġi lilek innifsek kontra l-iscams u l-frodi? Trid tkun taf aktar? Niżżel l-aħħar infografika tagħna.
Peress li l-karti ta’ debitu u ta’ kreditu jintużaw mill-biċċa l-kbira tan-nies dan huwa qasam li l-iscammers jiffukaw fuqu. Madankollu, hemm xi pariri bażiċi ħafna li għandek issegwi sabiex tillimita l-possibbiltà li scammer jiffrodak. Pereżempju, bank qatt mhu se jistaqsik għan-numru tal-karta tad-debitu jew tal-kreditu tiegħek – normalment jitolbu l-aħħar erba’ ċifri biss. Allura jekk ikollok telefonata minn xi ħadd li jgħid li hu jirrappreżenta ’l-bank tiegħek u jistaqsik għan-numru kollu tal-kard irrikonoxxi li din hija scam.
F’din l-infografika, ĠEMMA tippreżenta numru ta’ suġġerimenti li għandek issegwi biex tipproteġi lilek innifsek mis-serq tal-karta ta’ debitu u ta’ kreditu.
Aħna nħeġġuk tipprintja din l-infografika għall-użu tiegħek kif ukoll biex tpoġġi kopja tagħha fuq il-post tax-xogħol tiegħek.
Din l-infografika hija ppreparata bi sħab mal-Fondazzjoni eSkills Malta f’konsultazzjoni magħna.
Tixtieq tkun taf aktar dwar l-iscams u l-frodi? Ikklikkja hawn biex iżżur is-serje Il-Kotba ż-Żgħar Suwed ta’ ĠEMMA dwar l-iscams u l-frodi.