Fis-27 ta’ Mejju 2021, ĠEMMA organizzat seminar dwar ir-riċerka tagħha fuq il-livell ta’ fehim li l-persuni, li jitwieldu fl-1962 jew wara, għandhom dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet fir-rigward tagħhom. L-istampa ġenerali hija li ħafna nies għandhom biss idea vaga ta’ kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet u kif taffettwahom direttament.
Fil-webinar ġew diskussi s-sejbiet ta’ dan l-istħarriġ. L-istħarriġ ġie ppreżentat minn Ramon Muscat, id-Direttur responsabbli għar-riċerka fl-EMCS. Il-bord kien magħmul minn David Spiteri Gingell, Mexxej tat-Tim ĠEMMA, Fiona Captur, il-Kap Eżekuttiv ta’ JAYE, Edward Buttigieg, id-Direttur għall-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, u Stephanie Fabri (Dr), Ekonomista fl-Università ta’ Malta.