Dan huwa t-tielet filmat li pproduċejna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-sensiela tagħna dwar l-ibbaġitjar.
Jum mill-isbaħ. Wara ġimgħat maqful ġew minħabba l-COVID-19 iddeċidejt li mmur ma’ marti Maria fil-kampanja għal mixja twila fix-xemx u wara mmorru nieklu xi ħaġa ħdejn il-baħar. Fi triqtna lejn id-dar, hi u nieżla x-xemx, il-karozza tiegħi f’daqqa waħda waqfet! Bu!! Bumm!! Għadni kemm dħalt f’ħofra kbira f’nofs it-triq li ma rajthiex. Ħiereġ mill-karozza biex neżamina l-ħsara bit-tama għall-aħjar. Li qed nara ma tantx hu sabiħ. Qed ixoqq l-għaraq għalija. It-tajer irvinat. Ir-rimm ukoll. Is-suspension wkoll tidher fiha inkwiet serju. U l-pajp tal-exhaust inqala’ minn postu – qabżitlu bħali ☹.
Mhux biss irvinajt il-ġurnata ta’ Maria u tiegħi iżda għandi wkoll problema serja ta’ flus. Kemm se tiswieli din il-ħsara kollha? €500? €1,000? Jew aktar?
Minn fejn se nġib dawk il-flus kollha? Bħalissa m’għandix flus kontanti żejda u t-tfaddil tiegħi huwa marbut. X’se nagħmel?
Ilkoll kemm aħna kellna dawn il-mumenti – xi wħud minna forsi mhux daqshekk ħżiena, oħrajn forsi agħar. Għal mumenti simili għandek bżonn fond finanzjarju għal meta tinqala’ xi emerġenza.
Ara dan il-vidjow ta’ ĠEMMA billi tikklikkja fuq din il-link – u tgħallem dwar x’inhu fond għal meta tinqala’ xi emerġenza u kif għandek tikkreah.
Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek. Aħna ħerqana li nisimgħu mingħandek. U aħna f’ĠEMMA nħeġġuk tixxerja din il-link jew il-vidjow mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq Facebook.