Għin lil Nugget, il-monstru tal-flus dħuli, jgħaddi minn esperjenzi differenti tal-ħajja mill-età ta’ 18-il sena sa 65 sena meta Nugget jirtira. Money Monsters hija logħba interattiva u edukattiva għat-tfal fl-iskola primarja. Tgħallimhom kif jieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba, jimmaniġġjaw flushom kif suppost u tgħallimhom isiru aktar konxji dwar l-importanza tas-saħħa u l-kuntentizza tagħhom.

Rekwiżiti Minimi:

Money Monsters se tintlagħab l-aħjar jekk il-kompjuter, it-tablet, jew il-mowbajl tiegħek jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-logħba. Biex il-logħba taħdem bla xkiel fuq id-desktop tal-Windows, it-tagħmir Mac jew l-Android tiegħek, it-tagħmir tiegħek jeħtieġ li jissodisfa dawn ir-rekwiżiti bħala minimu jew inkella l-kwalità tal-logħba tista’ tkun inqas, jew il-logħba tista’ ma taħdimx.

Jekk tiltaqa’ ma’ kwalunkwe problema waqt li qed tħaddem il-logħba, ġentilment ikkuntattjana fuq gemma@gov.mt bi screenshots li juru l-iżbalji, u jekk jogħġbok inkludi wkoll l-isem / in-numru tal-mudell tat-tagħmir tiegħek.

Verżjoni Android

  • Verżjoni – 4.4 (API 19)+
  • CPU – ARMv7 b’Neon Support (32-bit) jew ARM64
  • Grafika API – OpenGL ES 2.0+, OpenGL ES 3.0+, Vulkan
  • Ram – 1GB + RAM.

Verżjoni tal-Web

  • Browsers li jaħdmu bl-operating system – Windows, macOS, u Linux
  • Hardware – Workstation jew laptop form factors.
  • Rekwiżiti addizzjonali – Verżjonijiet ta’ Chrome, Firefox jew Safari li huma:
    • WebGL 1.0 jew 2.0 capable
    • HTML 5 standards compliant
    • 64-bit
    • WASM capable