Segwejt Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi? Tista’ tniżżilhom, bil-Malti jew bl-Ingliż, mil-link li ġej: https://gemma.gov.mt/ebooks/.
Minnhom malajr tirrealizza li numru tajjeb ta’ scams u frodi li huma diskussi fihom huma riżultat tal-hacking tal-kompjuter, tat-tablet u tal-mowbajl tiegħek permezz tal-Internet. Ladarba l-iscammer jikseb aċċess għat-tagħmir tiegħek jista’ prattikament jagħmel dak li jrid – iqalliblek ir-rekords tiegħek għal informazzjoni personali u finanzjarja, kif ukoll jibdel is-sigurtà u s-settings tat-tagħmir tiegħek sabiex ikun jista’ jaċċessa xħin irid.
Ħafna drabi, l-attakki tal-iscam jistgħu jiġu mwaqqfa jekk tiżgura li s-settings tas-sigurtà tiegħek għat-tagħmir tiegħek huma ssettjati kif suppost. Żomm f’moħħok li l-iscammers jippreferu jimmiraw għal priża faċli peress li jridu “hack mgħaġġla” mingħajr ma jagħmlu ħafna sforz u jaħlu ħin żejjed u għalhekk jekk ikollok il-gparametri bażiċi tas-sigurtà tiegħek fis-seħħ hemm il-probabbiltà li jerġgħu lura u jattakkaw xi ħadd ieħor.
Il-Fondazzjoni eSkills Malta flimkien ma’ ĠEMMA ġabru flimkien dan il-ktieb ta’ gwida li jurik kif tattiva xi wħud mill-karatteristiċi bażiċi tas-sigurtà fuq il-kompjuter Mac. Jiġu ppreżentati seba’ passi importanti – dawn huma:
- Żomm is-sistema tiegħek aġġornata, kemm macOS kif ukoll is-softwer installat.
- Il-protezzjoni tal-privatezza tiegħek. https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2021/04/Secure_Mac.pdf
- Ixgħel FileVault biex tenkriptja d-data tiegħek.
- Tixxerjax il-post fejn qiegħed ma’ kull app.
- Waqqaf is-suġġerimenti tal-Mac tiegħek, uncheck is-suġġerimenti Siri.
- Agħmel non-privileged account
- Uża advanced Mac Cleaner tools.
Ikklikkja fuq din il-link biex tniżżel il-Gwida tas-Sigurtà Mac.