Stqarrija għall-Aħbarijiet – 27 ta’ Mejju 2021
It-tim Buddies mill-Kulleġġ San Albert il-Kbir f’Malta kiseb l-ogħla premju fil-Global FinCap Challenge, kompetizzjoni internazzjonali żviluppata minn Junior Achievement (JA) Worldwide u l-Grupp HSBC. It-tim Malti ħareġ rebbieħ fl-avveniment pilota li fih ipparteċipaw 13-il pajjiż, u spiċċaw qabel INJAZ Egypt u JA Malaysia.
The Saving Buddy Tool, żviluppata mit-tim Malti, jgħin biex jgħallem lill-istudenti l-aħjar strateġija ta’ tfaddil għal diversi deċiżjonijiet finanzjarji li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ħajja. It-tim Buddies inkorporaw ukoll servizz awtomatiku tal-mowbajl jew tal-linja fissa biex jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal The Saving Buddy Tool.
Simon Vaughan Johnson, Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Bank Malta p.l.c., qal: “Prosit kbira tmur lit-tim Buddies mill-Kulleġġ San Albert il-Kbir! The Saving Buddy Tool tindirizza kwistjonijiet prattiċi li jiffaċċjaw ħafna nies ta’ etajiet differenti meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ tfaddil, filwaqt li fl-istess ħin jgħin lin-nies li jistgħu ma jkollhomx aċċess għall-internet. HSBC ilu għal numru ta’ snin jappoġġja lill-JA kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja u huwa ispirazzjoni li tara żgħażagħ joħolqu b’suċċess ideat ġodda li għandhom valur reali. Nittamaw li l-Isfida Globali ta’ FinCap tkompli tikber u naraw aktar suċċessi Malti f’kompetizzjonijiet futuri.”
Fiona Captur, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni JAYE Malta: “Kuntenti li t-tim tagħna minn San Albert il-Kbir, il-Belt Valletta poġġa lil Malta fuq il-mappa ta’ JA bħala l-ewwel tim li qatt rebaħ il-Global FinCap Challenge. Ħerqanin li naraw din il-kompetizzjoni ssir sfida annwali u parti ewlenija mill-isforzi kontinwi tagħna biex nipprovdu ħiliet finanzjarji u kummerċjali lill-istudenti li jieħdu sehem fil-programmi tagħna. Għal darb’oħra nixtiequ nirringrazzjaw lill-HSBC għall-appoġġ li jagħtu lil JA Worldwide u lill-Fondazzjoni JAYE Malta, li jippermettilna nwasslu firxa wiesgħa ta’ esperjenzi lil tfal u żgħażagħ matul l-iskola tagħhom u l-edukazzjoni post-sekondarja.”
Timijiet ta’ studenti ta’ bejn it-12 u s-16-il sena kkompetew f’din l-isfida ġdida u intensiva ta’ kapaċità finanzjarja, fejn jeħtieġ kreattività, għarfien, ħidma f’tim u ħafna passjoni. L-istudenti kellhom jindirizzaw problemi u sfidi relatati man-negozju u mal-komunità, u dawn għenuhom biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom għall-ġenerazzjoni tal-ideat u kollaborazzjoni.
Din l-istqarrija hi maħruġa minn
HSBC Bank Malta p.l.c.
Uffiċċju Reġistrat:
116 Triq l-Arċisqof, Valletta VLT 1444
Website: www.hsbc.com.mt
It-Tim rebbieħ tal- Global FinCap Challenge
Fuq (mix-xellug): Curtis Pullicino, Liam Mizzi Peplow
Taħt (mix-xellug): Dylan Luke De Battista, Ethan Agius Pizzutto, Omar Bouaine