Taf kif tipproteġi lilek innifsek kontra l-iscams u l-frodi? Trid tkun taf aktar? Niżżel l-aħħar infografika tagħna.
Kun suspettuż minn kull min joffrilek flus faċli. L-iscammers huma mħarrġa biex jikkonvinċuk li l-investiment huwa reali, l-imgħaxijiet huma għoljin u r-riskji huma baxxi. Iżda dejjem hemm ħadma fiha.
F’din l-infografika, ĠEMMA tippreżenta numru ta’ suġġerimenti li għandek issegwi biex tipproteġi lilek innifsek minn scams ta’ investiment.
Aħna nħeġġuk tipprintja din l-infografika għall-użu tiegħek kif ukoll biex tpoġġi kopja tagħha fuq il-post tax-xogħol tiegħek.
Din l-infografika hija ppreparata bi sħab mal-Fondazzjoni eSkills Malta f’konsultazzjoni magħna.
Tixtieq tkun taf aktar dwar l-iscams u l-frodi? Ikklikkja hawn biex iżżur is-serje Il-Kotba ż-Żgħar Suwed ta’ ĠEMMA dwar l-iscams u l-frodi.