Fl-ewwel parti ta’ dan il-post ddiskutejna l-importanza li jiġi ddeterminat jekk intix se tkun tista’ taffordja li tmur toqgħod għal rasek u għandekx biżżejjed flus biex ikollok ħajja soċjali tajba. ĠEMMA ddiskutiet ukoll il-kwistjoni tal-kera u l-kuntratt tal-kiri li għandu jsir ma’ sid il-propjetà.
Minbarra l-kera se jkollok tħallas l-elettriku, l-internet, l-ilma, eċċ. Jista’ jkun hemm ħafna affarijiet li għandek bżonn f’daqqa meta tmur toqgħod għal rasek, bħal sufan, magna tal-ħasil jew TV. Jekk ikun flat ġdid, kulħadd jeħtieġ li jaqbel dwar kif jaqsam l-ispejjeż tal-bidu u dawk kontinwi tal-flat. Se taqsam l-ikel ukoll? Min se jagħmel ix-xirja ta’ kull ġimgħa? Min se jkun responsabbli għall-ħlasijiet tal-kontijiet ta’ kull xahar?
Mod wieħed kif jiġu mmaniġġjati l-ispejjeż meta tikri hu li taqsmu l-ispejjeż meta jiġu l-kontijiet jew tħallsu ammont regolari f’fond speċifiku biex ikopri l-kontijiet u l-merċa. Tipikament persuna waħda hija inkarigata minn dan il-fond. Idealment tinvestu wkoll fl-iffrankar tal-enerġija.
Xi kultant huwa aktar faċli għall-membri tal-flat kollu li tagħmlu x-xirja ta’ kull ġimgħa flimkien. B’dan il-mod kulħadd iħallas bil-quddiem u m’hemm l-ebda ċans li xi ħadd li jibda’ jiddependi fuq il-fond. Ħaġa waħda li għandek tiddetermina hija l-isem ta’ min se jitniżżel fuq il-kontijiet tal-kiri, l-internet, eċċ. Jekk huwa tiegħek, int responsabbli għall-ħlas anke jekk sħabek jitilqu mingħajr ma jħallsu. Hija idea tajba li jkollok l-ismijiet ta’ kulħadd fuq il-kontijiet jew taqsmuhom biex tnaqqas ir-riskju. Ta’ min jaqra l-arloġġi tad-dawl u l-ilma regolarment u jekk il-flat m’għandux arloġġ separat, itlob lil sid il-propjetà jagħtik qari kull ġimgħa sabiex ma jiġix xi kont kbir.
Jekk qed tikri ma’ nies oħra huwa importanti li r-regoli jiġu stabbiliti minn qabel. Meta tkun qed tgħix ma’ oħrajn, tista’ tispiċċa tħallas għal aktar lussu, li fil-verità ma tkunx verament qed tuża. Huwa essenzjali li tiċċekkja jekk intix se tmur toqgħod fi flat ma ħbieb li huma stabbiliti. Pereżempju, jekk ikollhom Premium Cable TV u int ma tarahx, xorta għandek tħallas għalih?
Dan huwa ħela ta’ flusek. Bl-istess mod, immaġina li wieħed minn sħabek jista’ jkollu l-ħiter li jqabbdu matul ix-xitwa, filwaqt li int qed tipprova tiffranka u toqgħod fil-kamra tiegħek kiesaħ. Aħdem min qed iħallas għal xiex u kun żgur li qed tikseb ftehim ġust.
Jekk il-membri fil-flat jkunu grupp li huwa raġonevolment stabbli, jista’ jkun li trid twaqqaf kont konġunt għall-kera u / jew fond. Kull persuna tagħmel pagamenti awtomatiċi f’dan il-kont, li minnu jitħallsu l-kera u l-kontijiet.
It-twaqqif ta’ debiti diretti mill-kont konġunt jiżgura li l-kontijiet jitħallsu fil-ħin u jħallik tieħu vantaġġ minn kwalunkwe skont ta’ ħlas fil-pront. Hija idea tajba jekk wieħed jew żewġ membri fil-flat iżommu għajnejhom fuq il-kont tal-flat, biex jiżguraw li kollox qed jaħdem kif għandu jkun. Ikun xi jkun il-mod li tagħżel li taqsam l-ispejjeż u tħallas għall-affarijiet meta taqsam flat, hija idea tajba li żżomm rekords bil-miktub tal-pagamenti u l-ħlas mill-fond.
Il-bidu kollu iebes. U għalhekk meta tibda jista’ ma jkollokx ħafna affarijiet f’ismek! U jekk m’għandekx ħafna tista’ tiġik it-tentazzjoni li ma tħallasx għall-assigurazzjoni tal-kontenut tad-djar. Dak li ma jaħsbux ħafna hu x’jiġri jekk il-proprjetà ta’ sid il-kera ssirilha aċċidentalment ħsara minn xi wieħed mill-membri fil-flat. Jekk pereżempju tikkawża nar tista’ tiġi ċċarġjat għexieren jew mijiet ta’ eluf ta’ ewro għat-tiswija. Polza tal-assigurazzjoni tad-dar tista’ tkoprik għar-responsabbiltà personali f’sitwazzjoni bħal dik.
Jekk se titlaq mill-flat, u inti ħallast depożitu fuq il-flat, se jkollok bżonn tissetilja dan mal-membri tal-flat. B’mod partikolari, trid is-sehem tiegħek tad-depożitu lura biex tħallas għall-appartament tiegħek li jmiss. Żomm f’moħħok li jekk ikun hemm ħsara fil-proprjetà jew kera mhux imħallsa, dawn jitnaqqas mid-depożitu. Jekk se titlaq mill-flat iżda l-oħrajn se joqogħdu, għandek tiżgura li ismek jitneħħa mill-ftehim tal-kiri. Inkella tista’ tispiċċa bi djun kbar jekk dawk li tħalli warajk ma jħallsux il-kera tagħhom jew jagħmlu ħsara lill-proprjetà.