
It-tim ĠEMMA jirrakkomanda li inti għandek tipprijoritizza l-infiq tiegħek matul il-perjodu tal-COVID-19, u b’hekk tonfoq biss għall-affarijiet essenzjali. Hemm ċans tajjeb li inti qed tnaqqas fuq ċerti spejjeż – pereżempju, suppost qed tiffranka fuq l-ispejjeż tal-fjuwil għax probabbilment qed issuq il-karozza tiegħek inqas f’dan il-mument. It-tim ĠEMMA jirrakkomanda li kwalunkwe iffrankar li inti tista’ tagħmel, għandek tużah biex issaħħaħ il-fond tiegħek għal meta tinqala’ xi ħaġa mhux mistennija, jew biex tibda fond simili jekk mhux diġà għandek wieħed.
It-tim ĠEMMA jissuġġerixxi li għandek iżżomm dak li ġġemma’ fil-bank tiegħek. Billi ċerti affarijiet inqalbu ta’ taħt fuq minħabba l-COVID-19 inti mhux l-unika persuna li probabbilment qed tistaqsi u tirrifletti fuq dawk l-affarijiet li ħadna for granted qabel ma fid-dinja tfaċċa l-COVID-19.
Tista’ tkun qed tistaqsi lilek innifsek – il-flus tiegħi huma siguri fil-bank bħalissa? Aktar milli nqiegħed dak li nġemma’ fil-fond tiegħi apposta l-bank għal meta tinqala’ xi ħaġa, għadni niġbed flusi mill-kontijiet tal-bank?
Il-fatt hu, li l-flus tiegħek fil-bank tiegħek huwa assolutament siguri – probabbilment fl-aktar post sigur fil-mument, anke jekk ir-rati tal-imgħax huma ħafna baxxi. U l-flus kontanti – iddepożitati b’mod sigur f’bank – huma l-aqwa ħaġa bħalissa.
Għaliex id-depożiti tat-tfaddil fil-bank huma probabbilment l-aktar post sigur bħalissa? Il-flus tiegħek huma protetti għal massimu ta’ €100,000 mill-iskema ta’ kumpens għad-depożitur. Din hija skema li tkopri l-kontijiet tad-depożiti kollha fil-każ li l-bank ifalli – inkluż il-kontijiet ta’ tfaddil, kurrenti u kontijiet ta’ depożitu fissi, kif ukoll kwalunkwe kont, li fiż-żmien tal-falliment tal-bank, jista’ jkun fi kreditu (pereżempju overdrafts).
L-iskema ta’ kumpens għad-depożitur taħdem kif ġej:
- Il-limitu ta’ protezzjoni huwa €100,000 għal depożitur għal kull bank.
- Id-depożiti kollha mal-bank huma magħquda flimkien u t-total huwa soġġett għal-limitu ta’ €100,000. Mela, jekk pereżempju, inti tuża l-bank XYZ u għandek €20,000 fil-kont kurrenti tiegħek; €50,000 fil-kont tat-tfaddil; u €50,000 f depożiti ta’ terminu fiss, total ta’ €120,000 – il-ħlas lura għandu jkopri biss €100,000.
- Jekk għandek kont konġunt (flimkien) ma’ persuna oħra, il-limitu ta’ €100,000 japplika għal kull depożitur separatament.
- F’ċirkostanzi speċjali, l-iskema tista’ tipprovdi protezzjoni sa €500,000 – jekk, pereżempju, il-kont tiegħek kellu flus għal xiri ta’ residenza privata, jew kellu fih flus ġejjin mill-bejgħ ta’ residenza privata.
Wara l-preżentazzjoni ta’ talba kumpens għad-depożiti, dawn jitħallsu fi żmien 15-il jum tax-xogħol.