L-impatt tas-sitwazzjoni tal-COVID-19, mit-8 ta’ Marzu 2020 ’l hawn, irriżulta fit-telfien tax-xogħol tiegħek (full-time jew part-time) fis-settur privat? Jekk iva, inti eliġibbli li tapplika għall-benefiċċju addizzjonali tal-qgħad.
Biex tikkwalifika għall-benefiċċju addizzjonali tal-qgħad inti trid tirreġistra għax-xogħol ma’ Jobs+. Biex tirreġistra agħfas hawn għall-istruzzjonijiet li għandek issegwi.
- Il-benefiċċju tal-qgħad kontributorju normali Biex tikkwalifika għal dan il-benefiċċju, inti trid tissodisfa dawn il-kriterji: tkun ħallast jew jekk ġejt akkreditat/a biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-servizzi soċjali, u għalhekk l-isem kontributorju.
Ħallast minimu ta’ 50 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali;
Ħallast jew ġejt ikkreditat/a minimu ta’ 20 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fl-aħħar sentejn qabel l-applikazzjoni.
- Il-COVID-19 – Benefiċċju addizzjonali tal-qgħad
Bejn iż-żewġ benefiċċji inti se tirċievi ħlas dirett ta’:
€166.15 fil-ġimgħa jekk kont qed taħdem full-time qabel ma spiċċajt bla xogħol; jew
€103.85 fil-ġimgħa jekk kont qed taħdem part-time qabel ma spiċċajt bla xogħol.
- Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali se titħallas f’ismek għall-perjodu li inti tkun ma taħdimx.
- Jekk inti intitolat/a għall-allowance tat-tfal
ir-rata se tiġi aġġustata biex tirrifletti d-dħul il-ġdid. Din tista’ tiżdied sar-rata massima ta’ €24.08 kull ġimgħa għal kull wild.
- Jekk inti intitolat/a għall-benefiċċju ta’ waqt l-impjieg
se jkompli tirċevih mingħajr tnaqqis.
- Ir-rata tal-allowance supplimentari tista’ tiġi aġġustata
sar-rata massima ta’ €4.57 kull ġimgħa għal persuni waħedhom u ta’ €12.54 fil-ġimgħa għall-koppji, u dan jiddependi mid-dħul il-ġdid
Jekk ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok, ikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq dan l-email: