Il-COVID-19 jista’ jkun li ħoloq pressjonijiet ta’ flus fuqek u fuq il-familja tiegħek. Tnaqqis fis-salarju jew it-telf tiegħu se jikkawża dan. Jista’ jkun li kellek miġmugħ għal meta jinqala’ xi inkwiet u qed tipprova żżomm l-affarijiet normali billi tuża dan il-fond biex tagħmel dan.
Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 issa ilha magħna għal kważi 6 ġimgħat. Inti lħaqt il-punt li l-fond t’emerġenza tiegħek issa ġie eżawrit. Iżda għandek id-dejn fuq id-dar li jrid jitħallas.
Illum id-29 ta’ April 2020. Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 ma tjibitx. Fil-15 ta’ Mejju 2020 trid tħallas is-self ta’ kull xahar ta’ €400. Inti m’għandekx dawn il-flus. Inti se taqa’ lura fil-pagamenti. Int inkwetat li tista’ titlef id-dar tiegħek.
Forsi qed tistaqsi lilek innifsek, x’se nagħmel? Għandek l-għażla li tapplika għal waqfien temporanju fil-pagamenti fuq is-self, hekk imsejjaħ moratorju fuq is-self. Dan ifisser li inti tagħfas pause u tieħu pawża milli tagħmel kwalunkwe ħlas lura, kemm fuq is-self prinċipali (il-parti li tkun issellef) kif ukoll fuq l-imgħax (il-parti li min sellfek jiċċarġjak fuq il-flus mislufa).
Huwa importanti li tkun taf li l-Gvern ta mandat lill-banek biex jipprovdu, fost l-oħrajn, lill-familji, jekk jitolbu, waqfien mill-pagamenti fuq is-self, dik li bl-Ingliż tissejjaħ: Loan Moratorium Holiday. Matul dan il-perjodu ma tħallasx is-self tad-dar – u b’ hekk jittaffew il-pressjonijiet tal-flus fuqek u din tissalvagwardjak milli tiffaċċja sitwazzjoni fejn tista’ titlef darek.
Il-moratorju huwa biss sospensjoni – u wieħed temporanju – tal-obbligi ta’ ħlas lura tiegħek. Għalhekk il-ħlas tat-termini li taħthom ksibt is-self tad-dar tiegħek – is-somma tas-self inizjali u l-interessi li għandhom jitħallsu – mhumiex ikkanċellati. Minflok jiġu posposti għall-ħlas f’data aktar tard.
Matul il-moratorju fuq is-self l-imgħax dovut għad irid jitħallas xorta iżda mhux se jkun hemm interess fuq l-imgħax differit li għandu jitħallas.
M’hemm l-ebda dubju li l-moratorju fuq is-self, li għamiltu għax ma tistax tagħmel il-ħlasijiet kollha lura issa, għaliex id-dħul tiegħek ġie interrott, huwa mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju kbir. Madankollu, dan ma jiġix b’xejn.
Matul iż-żmien kollu li tkun qed tibbenefika mill-moratorju fuq is-self, tkun issospendejt il-pagamenti, iżda l-ħlasijiet tal-imgħax se jkomplu jiżdiedu wara l-kwinti. Ir-riżultat aħħari huwa li trid tħallas lura aktar imgħax b’mod ġenerali.
Il-moratorju fuq is-self jiġi bi prezz. Għalhekk huwa importanti li ma tibqax f’moratorju fuq is-self għal aktar milli għandek bżonn.
Le. Biex tikkwalifika għall-moratorju fuq is-self trid tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
- qed tiffaċċja tbatija finanzjarja temporanja
- qed issibha diffiċli li tonora l-impenji finanzjarji tiegħek fil-ħin
- qabel l-1 ta’ Marzu 2020 dejjem ħallast is-self tiegħek fil-ħin
- is-self tiegħek ġie approvat qabel l-14 ta’ April 2020.
Naturalment, il-banek huma konxji dwar il-moratorju fuq is-self. Aktar ma titkellem magħhom kmieni aktar aħjar. Huma se jgħinuk – u x’aktarx li wara li tavviċinahom jaqduk mill-aktar fis. Huma ser jiggwidawk fuq il-proċess tal-applikazzjoni tiegħek għal dan il-moratorju fuq is-self.
Dan ġie stabbilit għal 6 xhur. Dan jista’ jiġi estiż.