Ikklikkja fuq din il-link biex tniżżel il-gwida biex tagħmel is-sistema Windows 10 aktar sigura.
Barra minn hekk, segwejtha s-serje: Il-Kotba ż-Żgħar Suwed ta’ ĠEMMA dwar l-Iscams u l-Frodi?
Minnhom malajr tirrealizza li numru tajjeb ta’ scams u frodi li huma diskussi fihom huma riżultat tal-hacking tal-kompjuter, tat-tablet u tal-mowbajl tiegħek permezz tal-Internet. Ladarba l-iscammer jikseb aċċess għat-tagħmir tiegħek jista’ prattikament jagħmel dak li jrid – iqalliblek ir-rekords tiegħek għal informazzjoni personali u finanzjarja, kif ukoll jibdel is-sigurtà u s-settings tat-tagħmir tiegħek sabiex ikun jista’ jaċċessa xħin irid.
Ħafna drabi, l-attakki tal-iscam jistgħu jiġu mwaqqfa jekk tiżgura li s-settings tas-sigurtà tiegħek għat-tagħmir tiegħek huma ssettjati kif suppost. Żomm f’moħħok li l-iscammers jippreferu jimmiraw għal priża faċli peress li jridu “hack mgħaġġla” mingħajr ma jagħmlu ħafna sforz u jaħlu ħin żejjed u għalhekk jekk ikollok il-parametri bażiċi tas-sigurtà tiegħek fis-seħħ hemm il-probabbiltà li jerġgħu lura u jattakkaw xi ħadd ieħor.
Il-Fondazzjoni eSkills Malta flimkien ma’ ĠEMMA ġabru flimkien dan il-ktieb li jservi ta’ gwida biex jurik kif tattiva xi wħud mill-karatteristiċi bażiċi tas-sigurtà fuq it-tagħmir tiegħek. Fil-ktieb jiġu ppreżentati erba’ passi importanti – dawn huma:
- Kif tattiva s-system restore.
- Kif tneħħi softwer jew verżjoni ta’ prova tiegħu.
- Kif twaqqaf it-tracking down talkerware.
- Kif tattiva l-firewall u l-antivirus.
Tista’ tniżżel dawn il-kotba, bil-Malti jew bl-Ingliż, minn din il-link: https://gemma.gov.mt/ebooks/.