Immaġina li rnexxielek iġġemma’ ammont sostanzjali biex tikkomplementa d-dħul tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek. Kif biħsiebek tuża b’mod gradat mill-pensjonijiet tiegħek? Kemm se jservik dak li għandek miġmugħ? Dan il-kalkulatur jgħinek tippjana kif se tuża b’mod gradat it-tfaddil tiegħek.
Il-kalkulatur tal-ġbid mit-tfaddil ta’ ĠEMMA huwa organizzat fi tliet taqsimiet. L-ewwel taqsima tistaqsik għall-informazzjoni ewlenija fir-rigward ta’ għadd ta’ fatturi li jiddeterminaw kif u fuq liema perjodu ta’ żmien se tippjana li tiġbed b’mod gradat it-tfaddil tiegħek.
Taqsima 01 tal-kalkulatur ta’ ĠEMMA għall-ġbid mit-tfaddil tiegħi
Dan li ġej jispjega l-oqsma f’taqsima 1 murija hawn fuq.
- Starting Principal: Dan huwa l-ammont li inti ġemmajt u li se tibda bih.
- Annual Interest Rate: Din hija r-rata tal-imgħax annwali li qed tirċievi fuq it-tfaddil tiegħek. Dan l-imgħax jakkumula sakemm jiġi eżawrit l-ammont miġmugħ tiegħek.
- Years to Pay Out: Dan huwa l-perjodu ta’ snin li inti tiġbed b’mod gradat qabel dawn ikunu eżawriti.
- Payment Frequency: Dan jippermettilek li tissettja l-frekwenza tal-ħlas jiġifieri kif tixtieq tiġbed it-tfaddil tiegħek: kull xahar, kull 6 xhur, u kull sena.
- Payment Type: Dan jippermettilek li tissettja meta se tiġbed l-ammont miġmugħ tiegħek – fil-bidu jew fl-aħħar ta’ xahar.
- Annual Inflation Rate: Din hija r-rata annwali tal-inflazzjoni – li tħalli impatt fuq il-kapaċità tal-akkwist mit-tfaddil tiegħek.
Dawn li ġejjin huma kkalkulati awtomatikament mill-kalkulatur.
- Initial Payout: Dan huwa l-ewwel ammont ta’ tfaddil li tirtira mill-fond tiegħek. Dan huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ snin ta’ ħlas – punt 3 hawn fuq – bi ġbid annwali ugwali li miegħu jiżdied l-imgħax akkumulat.
- Final Payout: Dan huwa l-ħlas finali tal-ammont miġmugħ tiegħek, li jeżawrixxi l-fond tat-tfaddil tiegħek.
- Total Interest Earned: Dan jippreżenta l-interess li kont taqla’ fuq l-ammont miġmugħ tiegħek sakemm dan jiġi eżawrit.
Taqsima 02 tal-kalkulatur ta’ ĠEMMA għall-ġbid mit-tfaddil tiegħi
Din it-taqsima tippreżenta rappreżentazzjoni grafika tal-kalkulatur ta’ ĠEMMA għall-ġbid mit-tfaddil tiegħi.
Il-bar il-ħadra turi kif il-fond tat-tfaddil tiegħek jonqos maż-żmien – f’dan l-eżempju, il-perjodu huwa ta’ 20 sena. Il-bar il-vjola turi kif l-imgħax fuq it-tfaddil tiegħek se jakkumula b’mod kumulattiv matul il-perjodu.
Taqsima 03 tal-kalkulatur ta’ ĠEMMA għall-ġbid mit-tfaddil tiegħi
Din it-taqsima turik f’ċifri l-ammonti miġbuda, it-tnaqqis tat-tfaddil, l-imgħax akkumulat matul il-perjodu magħżul – f’dan l-eżempju, il-perjodu huwa ta’ 20 sena.