It-tim tagħna ĠEMMA pprova għal dawn l-aħħar tliet snin jaġġorna l-website tiegħu gemma.gov.mt bl-aħħar informazzjoni relatata ma’: l-immaniġġjar tal-flus fid-dar, l-ibbaġitjar permezz ta’ diversi kalkolaturi, l-iskemi tal-irtirar, ikel tajjeb għas-saħħa, kif ukoll tella’ Apps li jippermettu lil persuna tagħmel baġit skont l-istadju tal-ħajja li tkun fih, biex tagħti prijorità lil dak li hu bżonnjuż fuq dak li tixtieq.
Din il-ħolqa għandha sservi bħala ħarsa ġenerali tal-kontenut li wieħed jistenna li jsib fil-website ĠEMMA. Din fiha kampjun żgħir tal-kitbiet informattivi dwar: l-iscams u l-frodi, l-importanza tal-ippjanar għall-irtirar, il-benefiċċju li jkollok biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-servizzi soċjali u vidjows ta’ riċetta sempliċi li juru kif isir ikel tajjeb u sustanzjuż permezz ta’ bbaġitjar tajjeb u li jsiru fl-iqsar żmien possibbli.