Lezzjoni importanti li rridu nieħdu mill-kriżi tal-COVID-19 hija kemm hu importanti għalina li nagħmlu baġit.
X’inhu baġit?
Baġit huwa pjan bil-miktub li jgħinek tkun taf kemm għandek flus deħlin u juri fuq xiex għandek bżonn tonfoqhom. Dan jgħinek ukoll iżżomm kont ta’ dak li qed tonfoq.
Xi jkun fih baġit?
Fil-baġit tiegħek inti taqbad: id-dħul tiegħek – kemm flus deħlin u minn fejn ġejjin (pereżempju, pagi jew allowances). L-ispejjeż tiegħek – kemm flus tonfoq u fejn qed tonfoqhom (per eżempju, fuq kontijiet, fuq l-ikel u l-miżati tal-iskola).
Għaliex għandek tagħmel baġit?
Huwa importanti li tieħu ħsieb il-flus tiegħek sabiex inti:
- ma ssibx ruħek tistenna l-paga li jmiss ġejja;
- tnaqqas l-istress tal-flus u tibqa’ minn fuq fejn għandu x’jaqsam pagamenti tal-kontijiet tiegħek.
- tħallas għall-affarijiet li għandek bżonn bħall-ikel u l-kont tad-dawl u l-ilma;
- tħejji ruħek għal emerġenzi u spejjeż mhux ippjanati;
- iġġemma’ għal xi ħaġa speċjali;
- tidderieġi flusek fejn l-aktar li hu importanti.
Ibbaġitja: Agħmel il-miri tiegħek
L-għanijiet jinkludu dawn:
- Għan li jsir fi żmien qasir biex tkun tista’ tħallas id-dejn jew tixtri tagħmir ġdid.
- Għanijiet fit-tul, li tipikament jinkludu pjanijiet għall-irtirar, ħlas ta’ dar jew għajnuna lit-tfal jibdew xi ħaġa (eż. negozju) waħedhom.
- Meta tagħmel l-għanijiet finanzjarji, aħseb dwar kemm għandek bżonn iġġemma’ u għal kemm żmien.
- Għan b’terminu medju jista’ jkun li tmur xi cruise jew iġġemma’ għall-ħlas ta’ karozza ġdida.
- L-għanijiet ċari huma dawk il-miri li qed taspira għalihom u li jgħinuk tibni l-pjan tiegħek.
- Meta tissettja l-għanijiet finanzjarji, aħseb dwar kif se twettaq dan it-tfaddil.
Dawn li ġejjin huma passi importanti għal meta tkun tagħmel baġit għall-familja.