Litteriżmu Finanzjarju: Esperjenza tul il-Ħajja
It-Tlieta 23 ta’ Marzu 2021
Programm ta’ Taħriġ tal-Għalliema
It-Tlieta 23 ta’ Marzu, ĠEMMA se tkun qed tipparteċipa flimkien mal-Fondazzjoni JAYE Malta fi Programm ta’ Taħriġ għall-Għalliema fuq il-litteriżmu finanzjarju dirett. Is-sessjoni hija intitolata “Litteriżmu Finanzjarju: Esperjenza Tul il-Ħajja”. Il-Programm huwa organizzat mill-Malta Bankers Association u l-Ministeru għall-Edukazzjoni. ĠEMMA se tipprovdi mixja permezz tal-vidjows, il-kalkulaturi, l-infografika, il-kontenut u riżorsi oħra tagħha preżenti fuq il-portal tagħha www.gemma.gov.mt – li jistgħu jintużaw mill-għalliema bħala riżorsa ta’ tagħlim.