ĠEMMA għal darb’oħra ngħaqdet mal-Fondazzjoni eSkills Malta biex tniedi t-tielet ktieb elettroniku tagħha fis-serje Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan il-ktieb
Bħal fil-każ taż-żewġ verżjonijiet preċedenti, il-ktieb elettroniku jiddiskuti numru ta’ scams u frodi li għandek toqgħod attent għalihom u jispjega l-azzjonijiet li għandek tieħu biex tipproteġi lilek innifsek. Il-ktieb jurik ukoll x’azzjoni għandek tieħu jekk inti tispiċċa vittma ta’ scam jew frodi. Dan il-ktieb elettroniku jinkludi taqsima ġdida li tiddeskrivi kif taħdem frodi.
L-iscams u l-frodi diskussi fit-tielet ktieb huma:
- Scam Niġerjana
- Frodi bil-kards mingħajr kuntatt
- Frodi f’servizz tal-kompjuter
- Frodi fuq xogħol mid-dar
- Scams b’rebħ ta’ lotterija u premjijiet
- Scam ta’ estorsjoni
- Scam bil-Facebook
Jekk inti vittma ta’ scam jew frodi, ĠEMMA u l-Fondazzjoni eSkills Malta jissuġġerixxu bil-qawwa li għandek titkellem minnufih mal-bank tiegħek u tirrapporta l-kwistjoni lit-Taqsima tas-Cyber Crime fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta computer.crime@gov.mt jew iċċempel 346 2294 2231/2.
Il-verżjoni bil-Malti ta’ dan il-ktieb elettroniku qiegħda fuq il-website ta’ ĠEMMA.