Il-ħames stħarriġ tal-familja ta’ ĠEMMA dwar l-immaniġġjar tal-flus jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn. Dawn li ġejjin huma wħud mis-sejbiet ewlenin:
- B’rispons ta’ 79% (preċedentement 84%), b’mod ġenerali l-pubbliku ġenerali jħoss li huwa fil-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.
- 76% għandhom it-tendenza li jippjanaw in-nefqiet ta’ kull xahar billi jagħmlu l-baġits.
- In-numru ta’ individwi li għandhom fondi biex idumu aktar minn tliet xhur huwa ta’ 34%, u huwa konformi mar-riżultati ta’ Settembru. Din iċ-ċifra turi li Novembru kien differenti meta mqabbel ma’ studji oħra.
- Dawk li għandhom fondi biex idumu xahrejn jew aktar huma ta’ 68%.
- 59% tal-popolazzjoni indikat li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom ma nbidilx matul l-aħħar tliet xhur.
- 55% ta’ dawk li wieġbu indikaw li kienu kapaċi jġemmgħu matul l-aħħar tliet xhur.
- B’mod ġenerali, 56% ta’ dawk li wieġbu, iqisu lilhom infushom li għandhom għarfien dwar l-affarijiet li jirrigwardaw il-flus.
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, 29% ta’ dawk li wieġbu, huma aktar inklinati li jġemmgħu għal li jista’ jinqala’ ladarba l-affarijiet jerġgħu lura għan-normal. Din hija l-inqas ċifra s’issa u tista’ tindika li ladarba s-sitwazzjoni tinnormalizza n-nies x’aktarx jirrikorru għall-imġiba tal-immaniġġjar tal-flus ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19.