Taf kif tipproteġi lilek innifsek kontra l-iscams u l-frodi? Trid tkun taf aktar? Niżżel l-aħħar infografika tagħna.
Is-servizzi bankarji fuq l-internet huma disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, u jagħmlu s-servizz konvenjenti, effiċjenti ħafna (il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet jiġu pproċessati virtwalment dak il-ħin) u mobbli, jiġifieri jistgħu jsiru kullimkien, anke barra mill-pajjiż, sakemm ikun hemm konnettività tal-internet. Iżda dan jagħmel ukoll l-użu tas-servizzi bankarji mira attraenti għall-iscammers.
F’din l-infografika, ĠEMMA tippreżenta numru ta’ suġġerimenti li għandek issegwi biex tipproteġi lilek innifsek mill-frodi bankarja fuq l-internet.
Aħna nħeġġuk tipprintja din l-infografika għall-użu tiegħek kif ukoll biex tpoġġi kopja tagħha fuq il-post tax-xogħol tiegħek.
Din l-infografika hija ppreparata bi sħab mal-Fondazzjoni eSkills Malta f’konsultazzjoni magħna.
Tixtieq tkun taf aktar dwar l-iscams u l-frodi? Ikklikkja hawn biex iżżur is-serje Il-Kotba ż-Żgħar Suwed ta’ ĠEMMA dwar l-iscams u l-frodi.