Din hija l-V parti mis-serje ĠEMMA dwar ir-regoli prattiċi li jaġixxu bħala gwida utli u affidabbli, li joffru kors ta’ azzjoni aħjar lill-persuni, meta jiġu biex jiġbdu mill-fond tal-irtirar tagħhom.
Ir-regola tal-lum tesplora r-Regola tal-Istennija tal-Għomor. Din ir-regola tara li kull sena tieħu l-valur attwali tat-tfaddil tal-irtirar tiegħek diviż bl-istennija medja tal-għomor li jifdal f’dak iż-żmien. Din ir-regola hija ttestjata għall-każ ġenerali li ġej: il-persuna hi irtirata; din tibda taċċessa t-tfaddil mill-fond tal-flus tagħha fl-etajiet ta’ 65, 70 u 75 sena; ikollha investiment ibbilanċjat jew konservattiv; u l-fond tal-pensjoni hu stmat li hu ta’ €55,000.
Din taħdem kif ġej:
- Inti tikkalkula l-livell tad-dħul tiegħek kull sena billi tuża l-istennija tal-għomor tiegħek. Pereżempju, mara b’għeluq is-70 sena tagħha fl-2020 issib li l-istennija tal-għomor li fadal ta’ 14.7 snin (84.7 li minnu tnaqqas 70), għalhekk id-dħul li għandu jittieħed dik is-sena jkun ta’ €3,851 (100,000 diviż b’14.7). Is-sena d-dieħla, il-fond li jifdal jinqasam bl-istima attwali tal-istennija tal-għomor li jifdal għal mara ta’ 71 sena.
- Se tiġbed l-ammont rilevanti mill-fond tal-pensjoni tiegħek waqt li tkun ħaj – iżda l-ħlas isir żgħir jekk tgħix itwal milli mistenni fil-punt meta bdejt tibbaża fuq it-tfaddil tal-irtirar tiegħek u żgħir ħafna jekk tgħix b’mod sinifikanti itwal mill-medja. Hekk kif l-istennija tal-għomor tonqos f’etajiet akbar, il-livell ta’ dħul jonqos b’rata mgħaġġla. Id-dħul annwali jvarja għaliex jiddependi fuq ir-redditu fuq l-investiment miksub u l-istima tal-istennija tal-għomor li tiġi kkalkulata mill-ġdid kull sena.
- Din ir-regola hi adattat għan-nies ħerqana li jimmiraw li jużaw kważi l-flus kollha tagħhom matul il-ħajja b’garanzija li qatt ma jispiċċaw b’xejn.
- Il-kalkolu għandu jiġi mmaniġġjat kull sena.
L-aktar adattati għal | Il-vantaġġi | L-iżvantaġġi | Wirt |
Jekk trid timmassimizza d-dħul matul ħajtek, u ma tħabbilx moħħok fuq il-wirt. | Użu effiċjenti tal-fond tal-flus tal-irtirar tiegħek biex tipprovdi dħul għall-ħajja kollha. | L-ammont ta’ dħul ivarja minn sena għal sena; baxx fis-snin ta’ wara. Kalkolu annwali meħtieġ u relattivament aktar ikkumplikat. | Jibqa’ xi wirt normalment; medja ta’ wirt moderat |
Din ir-regola prattika ġiet ittestjata. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat ukoll:
- Id-dħul muri huwa aġġustat għall-inflazzjoni.
- Peress li r-redditi fuq l-investiment fil-futur huma inċerti, id-dħul li tirċievi huwa inċert. Id-dħul skur huwa dħul li kważi ċertament se tirċevih (probabbiltà ta’ mill-inqas 95% li tirċevih), il-kulur medju huwa dħul addizzjonali li probabbilment tirċievi (mill-inqas probabbiltà ta’ 50% li tirċevih) u l-kulur ħafif huwa l-anqas dħul li tista’ tirċievi (probabbiltà ta’ inqas minn 50% li tirċevih).
- Il-pie-charts ħodor juru l-probabbiltà li tgħix mill-età ta’ 65 sena sal-età murija, li jippermettu esperjenza tipika ta’ mortalità ta’ New Zealand. Din titqabbel mal-istennija tal-għomor ta’ Malta skont: https://www.worldometers.info/demographics/malta-demographics/.
Malta | New Zealand | ||
Maskili | Femminili | Maskili | Femminili |
81.4 | 84.7 | 81.2 | 84.7 |