ĠEMMA u l-BOV qed jagħmlu Webinar fis-26 ta’ Awwissu 2020 dwar studenti f’livell t’edukazzjoni ogħla fuq l-immaniġġjar tal-flus u s-self għall-istudenti. Għandek tfal li se jkunu qed ikomplu jistudjaw f’livell t’edukazzjoni ogħla, b’mod partikolari, barra? Se tkun l-ewwel esperjenza tagħhom li jgħixu waħedhom barra mill-pajjiż – fl-immaniġġjar ta’ baġit, fil-kiri ta’ post, fl-immaniġġjar tal-ispejjeż ta’ kuljum, jikkumbattu biex isibu bilanċ bejn l-istudju u l-esperjenza li jkunu barra mill-pajjiż fuq baġit? Se tkun qed tiffinanzja r-riżorsi li jeħtieġu – kotba, abbonamenti għall-ġurnali, tagħmir fost oħrajn? Taf li s-self għall-istudenti jista’ jkun disponibbli? U kif l-aħjar timmaniġġjah dan is-self?