Lejn l-aħħar ta’ Lulju, il-Fondazzjoni HSBC Malta stiednet lit-tim ĠEMMA biex jipparteċipa f’webinar dirett lejn l-istaff tal-HSBC biex tintroduċi lil ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, u l-inizjattiva tal-Gvern dwar il-kapaċità finanzjarja, kif ukoll biex tippreżenta l-Istħarriġ tal-Polz ta’ ĠEMMA li bħalissa qed twettaq fuq l-Immaniġġjar tal-Flus fid-Djar.
Din hija inizjattiva oħra li ĠEMMA ħadmet bi sħubija mal-Fondazzjoni HSBC Malta dwar il-kapaċità finanzjarja – inklużi workshops imwettqa fi Skolasajf dwar l-ibbaġitjar u r-reklamar fl-2019 u l-2020 rispettivament; play interattiva dwar il-kapaċità finanzjarja bit-titlu “ĠEMMA Ftit” u attivitajiet f’forma tal-logħob fl-iskejjel primarji, kompetizzjoni ta’ poster dwar “ĠEMMA u Faddal” bil-poster għandu jiġi esebit fl-Esplora f’Settembru u Ottubru 2020. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-inizjattivi kienu diretti lejn studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji.