ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Sibt ruħek bla xogħol u għandek loan?”, dirett lejn persuni qiegħda.
Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’ kif:
- Iżżomm rekord tal-ispejjeż ta’ kuljum tiegħek.
- Tiddistingwi bejn x’tixtieq u l-bżonnijiet, u l-prijoritizzazzjoni tal-ispejjeż tiegħek.
- Iżżomm il-bieb miftuħ għal kwalunkwe opportunitajiet ta’ impjieg.
- Tkellem lill-bank tiegħek jekk għandek self fid-dar.
- Tifhem l-għanijiet finanzjarji tiegħek.
- Tuża ż-żmien biex tikseb aktar edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja.
- Tkun taf il-benefiċċji soċjali li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.
- Tkun taf il-benefiċċji tal-akkomodazzjoni soċjali li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.
Nistednuk tniżżel u tixxerja dan il-ktieb elettroniku.
Extracts:
![aghmel l-ewwel pass pic](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/aghmel-l-ewwel-pass-pic.png)
![aghmel l-ewwel pass pic 2](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/aghmel-l-ewwel-pass-pic-2.png)
![aghmel l-ewwel pass pic 3](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/aghmel-l-ewwel-pass-pic-3-1.png)
![aghmel l-ewwel pass pic 4](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/aghmel-l-ewwel-pass-pic-4.png)