ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Taħdem fin-negozju tal-familja? Il-bolla hija mod ta’ kif tassigura l-pensjoni tiegħek. Ħallasha!” dirett lejn persuni li huma impjegati f’negozju tal-familja.
Il-manwal huwa miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’ dawn it-temi:
- Nifhmu xi jfisser li taħdem f’negozju tal-familja.
- Nifhmu l-obbligi tiegħek.
- L-iżgurar li titħallas paga fissa u tas-suq.
- L-iżgurar li l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek qed titħallas minn min iħaddmek.
- Tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek sabiex tkun kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali, bħas-sick leave.
Il-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi
Il-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi huwa għodda ta’ appoġġ użata flimkien ma’ dan il-manwal. Tixtieq tkun taf aktar? Ikkuntattjana fuq gemma@gov.mt.
![kif tiehu hsieb flusek jekk id-dhul tal-familja huwa baxx pic](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/kif-tiehu-hsieb-flusek-jekk-id-dhul-tal-familja-huwa-baxx-pic.png)
Extracts:
![kif tiehu hsieb flusek jekk id-dhul tal-familja huwa baxx pic 2](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/kif-tiehu-hsieb-flusek-jekk-id-dhul-tal-familja-huwa-baxx-pic-2.png)
![kif tiehu hsieb flusek jekk id-dhul tal-familja huwa baxx pic 3](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/09/kif-tiehu-hsieb-flusek-jekk-id-dhul-tal-familja-huwa-baxx-pic-3.png)